L-Aħbarijiet

Live-in tal-Kappillani 2024: Knisja aktar qrib tal-komunità

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Il‑kappillani tal‑parroċċi f’Malta ltaqgħu għal‑live‑in annwali, bit‑tema ta’ din is‑sena kienet ‘Knisja li Toħroġ’ f’sintonija mal‑proċess ta’ tiġdid ekkleżjali tal‑Knisja f’Malta ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’. Huma kellhom l‑opportunità jisimgħu u jirriflettu fuq kif ikunu preżenza ħajja fil‑komunità filwaqt li jħabbru l‑ferħ tal‑Evanġelju.

Matul dawn il‑jiem diversi mistiedna tkellmu dwar il‑ħidma tagħhom f’realtajiet differenti tas‑soċjetà u kif il‑parroċċi jistgħu jagħmlu differenza f’ħajjet in‑nies f’dawn ir‑realtajiet… Kompli aqra »

“Tiddejqux tenfasizzaw il-valur tal-quddiesa lit-tfal” – L-Isqof Galea-Curmi lill-ġenituri

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appella lill-ġenituri biex ma jiddejqux milli jenfasizzaw il-valur tal-quddiesa lit-tfal mindu jkunu ta’ età żgħira.

F’intervista waqt il-programm Għal Kulħadd fuq RTK103, li jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn id-9am u nofsinhar, l-Isqof Awżiljarju stqarr li “jien naħseb li mindu t-tfal ikunu żgħar, mhux dejjem dak li tiżra taħsad imma jekk qatt ma tiżra, żgur m’intix se taħsad! … Kompli aqra »

Appell biex ma jinbigħux aktar prodotti HHC fil-Gżejjer Maltin

Caritas Malta, Fondazzjoni OASI, l-Assoċjazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja u s-Segreterjat għall-Edukazzjoni Nisranija qed jirrakkomandaw li jiġi projbit il-bejgħ tal-prodotti HHC fil-gżejjer Maltin.

Bil-liġi għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, rajna l-bidu u tkattir ta’ numru ta’ ħwienet li jbigħu prodotti tal-Kannabis b’kontentut baxx ta’ THC (l-ingredjent attiv li jipproduċi ewforija fil-kannabis), żerriegħa tal-kannabis u tagħmir relatat mal-użu tal-kannabis. Barra minn hekk, qed jinbiegħu prodotti tal-Kannabis b’perċentwal baxx ta’ THC fi ħwienet onlajn kif ukoll minn ħwienet bħal tal-merċa, mini markets, stationers, u ‘corner stores’… Kompli aqra »

Tmien rakkomandazzjonijiet għal prattiċi aktar siguri u ġusti fis-settur tal-kostruzzjoni f’Malta

The ‘Ejja Ejja’ Culture: Riċerka mill Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tipproponi tmien rakkomandazzjonijiet lill‑awtoritajiet u l‑partijiet kollha involuti fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta sabiex dan il‑qasam ikun iktar sigur u ġust għall‑ħaddiema kollha. Il‑Kummissjoni qed tappella sabiex jittieħdu immedjatament azzjoni fuqhom għall‑ġid tal‑ħaddiem u tas‑soċjetà. Ir‑rakkomandazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka xjentifika li saret mill‑istess Kummissjoni dwar is‑saħħa u s‑sigurtà fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta.

Dan il‑proġett beda aktar minn sena ilu b’reazzjoni għaż‑żieda fl‑inċidenti serji li rriżultaw fil‑mewt ta’ 25 ħaddiem tal‑kostruzzjoni bejn l‑2019 u l‑2022… Kompli aqra »

“Ġesù l-GPS ta’ ħajjitna” – Sr Bartholomea tagħlaq 100 sena

Sr Bartholomea Gauci fit-12 ta’ Jannar għalqet 100 sena!

“Għandna bżonn nidħlu fil-GPS ta’ Ġesù għax dik hija l-unika triq li twasslek għall-ġenna,” hekk stqarret Sr Bartholomea meta Newsbook.com.mt iltaqa’ magħha lejliet għeluq sninha. Il-ġurnal skopra minn fejn ġiet is-sejħa tagħha, l-involviment tagħha fil-parroċċa ta’ San Bastjan u l-imħabba ferventi li għandha għal Kristu. Magħha kantajna wkoll ‘happy birthday’ u għoddejna sal-100! … Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: Nerġgħu niskopru l-ferħ tad-dixxipli ta’ Ġesù

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jippreżentalna l-laqgħa ta’ Ġesù mal-ewwel dixxipli (cfr Ġw 1,35-42)  Dix-xena tistedinna nġarrbu l-memorja tal-ewwel laqgħa tagħna ma’ Ġesù.  Ilkoll kemm aħna ltqajna ma’ Ġesù għall-ewwel darba; meta konna tfal, adoloxxenti, żgħażagħ, adulti… Meta ltqajt ma’ Ġesù għall-ewwel darba?  Nistgħu nerġgħu nġarrbu dak il-waqt.  U wara dal-ħsieb, dit-tifkira, inġeddu l-ferħ li nimxu warajh u nistaqsu lilna nfusna: xi jfisser tkun dixxiplu ta’ Ġesù?  Mill-Evanġelju tal-lum nistgħu nisiltu tlett kelmiet: infittxu lil Ġesù, ngħammru miegħu, inħabbru lil ĠesùKompli aqra »

Sorijiet Benedittini jirrilokaw fil-Monasteru Mater Ecclesiae

Six nuns of the Benedictine Order from the Abbey of Santa Scholastica in Victoria, Argentina, accompanied by their Abbess, are welcomed in the Vatican by the president of the Governorate. They will form a monastic community in the Monastery, which served as Benedict XVI’s home after his resignation and until his death.

The Argentine Benedictine nuns invited by Pope Francis to reside in Mater Ecclesiae, the monastery in the heart of the Vatican Gardens that was the home of the Pope Emeritus, Benedict XVI, for almost a decade after his historic resignation, arrived on Wednesday morning, January 3rd… Kompli aqra »

Il-Kattoliċi fil-Qatar jiċċelebraw il-Quddiesa fl-ewwel post iddedikat għall-fidi Kristjana

The Apostolic Vicar of Northern Arabia, Bishop Aldo Berardi, celebrates Mass at Our Lady of the Rosary in Doha, the first official Christian place of worship in Qatar.

The Catholic Church in Qatar celebrated a solemn Mass intended as a symbol of hope and unity for its diverse Catholic community, which is made up of individuals from various ethnicities, nationalities, languages, and Catholic rites… Kompli aqra »

Saċerdot Malti jinħatar membru ta’ kummissjoni ekumenika internazzjonali

Is-Santa Sede ħatret lil Mons. Professur Hector Scerri bħala membru tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa. 

Mons. Hector Scerri, li għandu 58 sena, ilu Konsultur tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara mill-2014. Huwa professur tat-teoloġija dommatika u tal-ekumeniżmu fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, u l-President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u tal-Kummissjoni Dottrinali tal-Konferenza Episkopali Maltija.

Il-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta ilha tiltaqa’ mill-1980 sabiex iġġib ’il quddiem id-djalogu teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knisja Ortodossa… Kompli aqra »

Il-Papa lill-qassisin sekulari missjunarji: Kunu fid-dinja, għad-dinja

Pope Francis meets with members of an Institute of secular priests, stressing that secularity means “serving and bearing witness to the Kingdom of God in this world.”

“The Church, and every baptized person, is in the world, is for the world, but is not of the world.”

Those were Pope Francis’ words on Thursday morning as he met with members of the Secular Institute of the Missionary Priests of the Kingship of Christ… Kompli aqra »