L-Aħbarijiet

Il-wens fil-kura tal-bniedem hu aspett importanti ta’ kull terapija – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ ta’ Capua Ward

  L-Isptar St James, Tas-Sliema

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Before we pray, I would like to share a few comments, inspired, also, by what you have told us. This is a symphony of skills, entrepreneurship, but also vision, and this is also a hymn to one of the blessings in our national anthem, this prayer that gives us identity. Dun Karm, in 1922, asked for this blessing from the Lord: ‘saħħa’ – ‘health’… Kompli aqra »

Il-Fondazzjoni Centesimus Annus toffri korsijiet fuq id-Duttrina Kattolika Soċjali

The ‘Centesimus Annus Pro Pontefice’ Foundation opens registrations for new in-person and online courses to explore the contribution of the Social Doctrine of the Church to our world’s ongoing transformation and crises.

The Centesimus Annus Pro Pontefice Foundation has announced new courses on the Social Doctrine of the Church, under the theme “The Contribution of the Church’s Social Doctrine in a World Between Crisis and Transformation.”

The courses take place from 20 January to 23 March 2024, both in-person and online, under the academic direction of Monsignor Guy-Réal Thivierge… Kompli aqra »

Il-laqgħa tal-għajnejn ittaffi ħafna weġgħat – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġin

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mill-aspetti kommoventi ta’ din il-festa hu l-misteru kbir tal-imħabba ta’ Alla, li ħerqana li tinfirex mat-trufijiet tal-art, u tlaqqa’ mal-ħniena ta’ Alla lill-ġnus kollha. Illum nistgħu ngħidu li qed niċċelebraw l-inklussività, u l-universalità tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Din it-tarbija ċkejkna li twieldet fil-belt ta’ David, mhijiex biss imwielda għall-poplu Lhudi, imma hi wkoll ta’ salvazzjoni għall-ġnus. Ta’ 40 jum, Ġesù jkun f’dirgħajn Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm, u li dan “ir-raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael” (Lq 2:25), u jara l-Messija tal-Mulej, imdawwal mill-Mulej stess, iħares lejn din it-tarbija, u jirringrazzja lil Alla li qed jaraha b’għajnejh, qed jaraha wiċċ imb wiċċ, u jgħid, din hi “dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu ta’ Iżrael” (Lq 2:32)… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona rikoverat l-isptar

Il-kundizzjoni ta' saħħtu qed titjieb u mistenni jiġi rilaxxat dalwaqt

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jinsab l-Isptar Mater Dei fejn ilu rikoverat minn nhar it-Tlieta li għadda, iżda l-kundizzjoni ta’ saħħtu qed titjieb tant li mistenni jiġi rilaxxat fil-jiem li ġejjin.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li Mons. Cremona rrisponda tajjeb għall-kura li ngħatatlu, u l-aħħar testijiet mediċi li sarulu juru li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar.

L-aħbar li Mons. Cremona jinsab rikoverat fl-Isptar Mater Dei wasslet għal numru ta’ parroċċi jappellaw online għat-talb tal-pubbliku… Kompli aqra »

Id-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi jikkjarifika l-applikazzjoni ta’ ‘Fiducia supplicans’

In a statement signed by the Cardinal prefect and the secretary, the Dicastery for the Doctrine of the Faith clarifies that ‘Fiducia supplicans’ does not change the doctrine on marriage; that bishops are able to discern the application of the document according to context; and that pastoral blessings are not comparable to liturgical and ritualized blessings. The full text of the statement is presented below… Kompli aqra »

Festa ta’ Ġenerożità tiġbor €1,520,517 għad-Dar tal-Providenza

Għal darb’oħra l‑poplu Malti u Għawdxi reġa’ wera l‑ġenerożità u s‑solidarjetà tiegħu mad‑Dar tal‑Providenza permezz tal-ġabra tas‑somma ta’ €1,520,517 waqt il‑Festa ta’ Ġenerożità. Il‑fondi miġbura se jgħinu lid‑Dar tkompli tipprovdi servizzi residenzjali ta’ kwalità lil 115‑il persuna b’diżabilità li jgħixu fid‑djar tagħha. Il‑fondi se jgħinu wkoll lid‑Dar biex tlesti x‑xogħol kollu ta’ rinovar estensiv u titjib fl‑ambjent li fih jgħixu r‑residenti f’Villa Papa Giovanni fis‑Siġġiewi. Dan qalu Fr Martin Micallef, id-Direttur tad‑Dar, fi tmiem il-maratona televiżiva ta’ tnax‑il siegħa… Kompli aqra »

X’se jkunu l-konsegwenzi ta’ teknoloġiji diġitali ġodda? – Il-Papa fil-Jum Dinji għall-Paċi

Fil-bidu tas-sena l-ġdida, li hu żmien ta’ grazzja li l-Mulej jagħti lil kull wieħed u waħda minna, nixtieq nindirizza lill-Poplu ta’ Alla, lill-ġnus, lill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern, lir-Rappreżentanti ta’ reliġjonijiet differenti u lis-soċjetà ċivili, lill-irġiel u n-nisa kollha ta’ żmienna biex inwassal ix-xewqat tiegħi għall-paċi.

1. II-progress tax-xjenza u tat-teknoloġija bħala triq għall-paċi

L-Iskrittura Mqaddsa tixhed li Alla ta lill-bnedmin l-Ispirtu tiegħu biex ikollhom “għerf, intelliġenza u għarfien f’kull xorta ta’ ħidma” (Eż 35.31)… Kompli aqra »

Appartamenti dinjitużi lir-residenti tad-Dar tal-Providenza bi proġett f’Villa Papa Giovanni

Id-donazzjonijiet li se jinġabru din is-sena waqt il-Festa ta’ Ġenerożità se jwasslu biex id-Dar tal-Providenza tkompli x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ rinovazzjoni ta’ Villa Papa Giovanni.

F’din il-villa hemm kappella, gym, kmamar għall-attivitajiet u uffiċini amministrattivi, kif ukoll erba’ flettijiet separati: Anġlu Kustodju, Warda, Sant’Antnin u Livia.

Ix-xogħol fuq din il-binja beda fl-1971, bl-għan li tilqa’ fiha ħamsin resident ieħor, u kienet inawgurata mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fid-19 ta’ Marzu 1974… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2024

Koppja tingħata tifkira mill-Arċisqof Charles Scicluna wara l-quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2022 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta

Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Bambin fit-tifrik ifakkar il-gwerra fl-Art Imqaddsa

Ritratt: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu  (Facebook)

Fil-Knisja tad-Dumnikani tal-Lunzjata fil-Birgu intrama presepju b’differenza fl-isfond tal-gwerra li qed isseħħ fl-Art Imqaddsa, bil-Bambin ta’ Bethlehem taħt it-tifrik.

Il-konfigurazzjoni tal-presepju hi mimlija b’simboliżmu li jfakkar dak li qed iseħħ, bil-Bambin innifsu taħt il-bricks biex ifakkar li diversi tfal qegħdin jinqatlu jew jinstabu ħajjin taħt it-tifrik ta’ bini li nqered bil-bombi.

Il-Bambin jinstab ukoll iżolat mill-pasturi l-oħrajn, bid-distanza tal-Madonna u ta’ San Ġużepp tirrapreżenta l-ħafna ġenituri li spiċċaw ifittxu lil uliedhom qalb it-tifrik jew jibku t-telfa tagħhom… Kompli aqra »