L-Aħbarijiet

Il-Papa jippermetti lill-qassisin ibierku koppji tal-istess sess u f’sitwazzjoni irregolari

Meta tnejn min-nies jitolbu barka, imqar jekk is-sitwazzjoni tagħhom bħala koppja hi “irregolari”, ikun possibbli li ministru ordnat jagħmel barka fuqhom. Imma dan il-ġest ta’ qrubija pastorali jrid jevita kull element li b’xi mod jixbah lil rit ta’ żwieġ.

Dan hu li tgħid id-Dikjarazzjoni Fiducia supplicans dwar it-tifsira pastorali tal-barkiet, ippubblikata llum mid-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi u approvata mill-Papa Franġisku.

Id-dokument jidħol fil-fond tat-tema tal-barkiet, u jagħmel distinzjoni bejn dawk ritwali u liturġiċi, u dawk spontanji li jixbhu aktar lil sinjali ta’ devozzjoni popolari… Kompli aqra »

Il-Papa jiċċelebra għeluq sninu, ta’ 87 jistaqsi lill-Kristjani biex jiċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù

Pope Francis turned 87 years old on Sunday, 17 December.

As he often does ahead of Christmas, the Pope spent a few moments with children and families assisted by the Santa Marta Dispensary, who presented him with a birthday cake and sang ‘Happy Birthday’.

The Santa Marta Dispensary has provided medical assistance to children and families in need for over 90 years, and is based just a stone’s throw away from the Pope’s residence inside the Vatican… Kompli aqra »

Dun Victor Grech jirbaħ il-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena

Monsinjur Victor Grech, li kien pijunier fil-prevenzjoni u riabilitazzjoni tad-droga f’Malta, kien rikonoxxut bil-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena.

fl-1984 Dun Victor Grech, li għandu 94 sena, beda l-proġetti tal-Caritas biex jgħin fi programmi ta’ prevenzjoni u riabilitazzjoni mid-droga u, sena wara, waqqaf l-ewwel Komunità Terapewtika għal dawk li jabbużaw mid-droga f’Malta.

Ħadem biex ikun hawn l-ewwel xelter residenzjali għall-irġiel kif ukoll għan-nisa… Kompli aqra »

“Aħna xhieda tad-dawl” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali, il-Qrendi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli naqsam kelma ta’ inkoraġġiment ma’ Dun Mario Said li llum inħatar ufffiċjalment kappillan ta’ din il-parroċċa fejn ilek erba’ snin taqdi din il-komunità. Dun Mario, nawguralek li tieħu l-ewwel qari mill-Profeta Iżaija bħala l-programm ta’ dan il-ministeru tiegħek li inti qed tgħix hawnhekk.

Aħna s-saċerdoti, imma mhux biss, infakkru lilna nfusna li dak li aħna mhux mertu tagħna imma għaliex l-ispirtu t’Alla huwa fuqna u magħna: “L-ispirtu tal-Mulej fuqi, hu kkonsagrani”… Kompli aqra »

Jasal fi tmiemu l-proġett ta’ 3 snin ta’ riċerka dwar il-voluntiera żgħażagħ

Fl-aħħar ta’ Novembru, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) laqgħet f’Malta madwar 60 voluntier mill-Italja (Azione Cattolica Italiana), ir-Rumanija (Acţiunea Catolică din România), Spanja (Acción Católica General) u Malta (ŻAK Malta) għall-aħħar parti tas-sħubija ta’ proġett ta’ riċerka intensiva li ilu għaddej tliet snin bl-isem ta’ ‘Supporting Volunteers in Youth Organisations (SVYO)’, bl-iskop li jiskopri r-raġunijiet varji li jfixklu lill-voluntiera żgħażagħ li jimpenjaw ruħhom fit-tul fi ħdan dawn l-erba’ organizzazzjonijiet tal-Azzjoni Kattolika… Kompli aqra »

Fr Eric Cachia nominat Superjur tas-Sależjani f’Malta

Minn Awwissu tas-sena d-dieħla, Fr Eric Cachia se jservi bħala Superjur tal-Viċi Provinċja Sależjana Marija Għajnuna tal-Insara f’Malta għal perjodu ta’ sitt snin, bejn l-2024 u l-2030.

L-approvazzjoni ta’ Fr Eric Cachia ngħatat minn Fr Ángel Fernández Artime., ir-Rettur Maġġuri tas-Sależjani ta’ Don Bosco, waqt is-sessjoni plenarja tax-xitwa tal-Kunsill Ġenerali ta’ din l-ordni, bl-approvazzjoni tal-membri tal-Kunsill.

B’din in-nomina, Fr Eric se jsir it-tieni Superjur tas-Sależjani f’Malta, mindu l-komunità f’Malta kienet stabbilita bħala Viċi Provinċja tas-Sależjani, iddedikata lil Marija Għajnuna tal-Insara… Kompli aqra »

L-Art Imqaddsa mingħajr pellegrini iżda mimlija tama u talb

Life in Jerusalem and nearby cities since the start of the war between Israel and Hamas has changed utterly, especially for those who were economically dependent on pilgrims. People feel uncertainty and fear, says Father Željko Barbarić , a Franciscan priest currently serving in Jerusalem.

Father Željko Barbarić is a Franciscan friar from Bosnia and Herzegovina, currently serving in Jerusalem. He is bursar at the Terra Sancta College monastery and serves at the Monastery of Saint Saviour as a spiritual director… Kompli aqra »

“Permezz tal-Mixja Neokatekumenali jersqu bosta nies lejn il-Knisja”

Il-Mixja Neokatekumenali ċċelebrat il-50 sena tagħha f’Malta, li bdiet mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni tal-Ħamrun u matul iż-żmien infirxet f’diversi parroċċi madwar Malta.

F’intervista ma’ Gabriel Lia fuq il-programm What’s On Newsbook fuq RTK103, Luke Vella, seminarista u wieħed mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumentali, esprima s-sodisfazzjon biċ-ċelebrazzjoni li kellhom u tkellem dwar il-bidu tal-Mixja f’Malta.

Hu saħaq li permezz ta’ din il-Mixja jersqu bosta nies lejn il-knisja li “mhux neċessarjament kienu viċin il-Knisja, anzi kienu ‘l bogħod u llum huma xhieda ħajja ta’ Kristu”, filwaqt li ġie spjegat li Neokatekumenali tfisser bidu ġdid għal individwi li huma diġà katekumeni… Kompli aqra »

Irrestawrat il-kwadru titulari ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-kwadru titulari tal-Martirju ta’ Santa Katarina fil-Parroċċa l-Qadima magħrufa bħala l-Knisja ta’ San Girgor, fiż-Żejtun.

Matul iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, organizzata minn Wirt iż-Żejtun, saret preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar fuq dan il-kwadru minn Valentina Lupo, ir-restawratriċi ta’ Atelier del Restauro, li ġew ikkummissjonati sabiex jirrestawraw dan il-kwadru. Wara saret preżentazzjoni oħra minn Dr Sandro Debono dwar ir-riċerka li qiegħed jagħmel sabiex biex isir magħruf l-oriġini tal-pittura… Kompli aqra »

Inawgurat mużew ekkleżjastiku ġdid fil-Mellieħa

Illum ġie inawgurat il‑Pilgrim’s Lodge, mużew ekkleżjastiku ġdid biswit is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Dan sar b’investiment konġunt ta’ €643,000 mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u fondi Ewropej.

Dan il‑mużew, li l‑binja tiegħu hi waħda mill‑eqdem fil‑Mellieħa, joffri tagħrif dwar l‑istorja tas‑Santwarju tal‑Mellieħa kif ukoll oġġetti devozzjonali użati mis‑santwarju matul is‑snin. Permezz ta’ dawn l‑oġġetti, kull min se jżur il‑post se jkun jista’ jesperjenza dak li għexu l‑pellegrini li matul is‑snin żaru l‑Madonna tal‑Mellieħa sabiex tinterċedi għalihom fil‑bżonnijiet tagħhom… Kompli aqra »