L-Aħbarijiet

“Grati għall-ħidma ta’ Dun Anġ”

Fr Cyril Axelrod (it-tieni mix-xellug) flimkien ma’ Dun Anġ Seychell (It-tielet mix-xellug). Nota ta’ apprezzament minn Dun Martin Micallef

Dun Anġ Seychell kien saċerdot intelliġenti, eżemplari u b’kuxjenza soċjali kbira li dehret l‑aktar meta għażel li jiftaħ id‑dar tiegħu stess biex jospita persuni b’diżabilità. Hu xtaq joffri lil dawn il‑persuni l‑opportunità li jgħixu f’dar fil‑komunità fejn jistgħu jgħixu ħajja indipendenti li tirrispetta d‑drittijiet u d‑dinjità tagħhom. Dun Anġ irnexxielu li minn dar waħda jiftaħ erbat idjar f’raħal twelidu fiż‑Żejtun… Kompli aqra »

Illum il-Papa Franġisku jitlaq għall-itwal Vjaġġ Appostoliku tiegħu

Lejlet il-45 Vjaġġ Appostoliku internazzjonali tiegħu, il-Papa Franġisku aktar kmieni llum żar il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma biex jitlob quddiem l-ikona tal-Verġni  Marija, Salus Populi Romani, fejn fada f’idejha l-vjaġġ tiegħu fl-Indoneżja, Papua New Guinea, Timore Leste, u Singapore.

Dan il-vjaġġ ta’ Franġisku fi tliet pajjiżi Asjatiċi u wieħed fl-Oċeanja, bejn għada 2 u t-13 ta’ Settembru, se jkun l-itwal wieħed fil-pontifikat tiegħu… Kompli aqra »

Niċċelebraw id-deċiżjoni t’Alla li joħloq

As the Church celebrates the World Day of Prayer for the Care of Creation on September 1, Indian Bishop Allwyn D’Silva, Chairman of the Federation of Asian Bishops Conferences’ Office of Human Development, reflects on the importance of praising God for His marvellous gift of Creation.

The World Day of Prayer for Creation takes place each year on September 1. Motivated by the rich tradition of the Eastern Church, this is both a moment to celebrate God’s loving decision to create, and a moment to reflect on how we have stewarded the great gift of creation… Kompli aqra »

Żieda ta’ 50% fil-prezzijiet tal-ikel f’erba’ snin – Caritas

Minn studju intensiv ta’ Caritas Malta rriżulta li l-ispiża tal-ikel minn Lulju 2020 sa Marzu 2024, għal familja ta’ żewġ adulti u żewġt itfal żdiedet b’49.9% fuq l-istess prodotti.

Caritas Malta nediet ir-raba’ edizzjoni tal-Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL) 2024; studju intensiv li sar għall-ewwel darba fl-2012 bil-għan li jeradika l-faqar, jippromwovi l-iżvilupp uman, u jinkoraġġixxi l-ġustizzja soċjali.

F’dan l-istudju ġie ppreżentat ukoll basket ta’ prodotti biex familja tgħix ħajja bażika iżda diċenti… Kompli aqra »

ACTS Teens Boot Camp 2024: WANTED

Madwar 180 parteċipant jattendu għal-live-in annwali

Il-ġimgħa li għaddiet, ACTS Teens, organizazzjoni taż-żgħażagħ li tagħmel parti mill-Youth Fellowship, ġabret madwar 180 parteċipant għal-live-in annwali, li jissejjaħ Boot Camp fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl fir-Rabat.

It-tim ta’ madwar 60 youth leaders preparaw erbat ijiem ta’ pjaċir flimkien kif ukoll żvilupp spiritwali. L-attivitajiet inkludew lejla b’ħuġġieġa, ħin il-baħar, logħob, BBQ, karaoke, u logħba oriġinali – Human Cluedo… Kompli aqra »

Ara: Entitajiet tal-Knisja jitolbu l-ħelsien immedjat ta’ ċittadini Etjopjani detenuti

Dun Anton D’Amato, id-Direttur għall-Kummissjoni Migranti

Il‑persuni mill‑Etjopja li qed jinżammu u jiffaċċjaw deportazzjoni wara li ilhom is‑snin jgħixu u jaħdmu legalment f’Malta għandhom jinħelsu minnufih. Dan qaluh il‑Kummissjoni Migranti, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u JRS Malta lill‑awtoritajiet.

Iż‑żewġ kummissjonijiet, li huma parti mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u JRS Malta jikkundannaw bis‑sħiħ l‑arrest riċenti ta’ diversi Etjopjani, li bħalissa jinsabu miżmuma u ġew mgħarrfa li se jintbagħtu lura l‑Etjopja… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-Isqfijiet biex jibqgħu jżommu ħajja t-tama fil-Lvant Nofsani

Pope Francis on Wednesday again expressed his deep concern over the intensifying tensions in the Middle East, warning how these often escalate into open conflicts and war.

His words came as Palestinian officials said that at least nine people were killed in Israeli raids across the occupied West Bank on Wednesday and observers express fears of a wider war.

Addressing participants of the Latin Episcopal Conference of the Arabic Regions (CELRA) who are meeting in Rome for their plenary assembly, in his prepared remarks the Pope warned that “the conflict, instead of finding a fair solution, seems to be becoming chronic, with the risk of spreading and igniting the entire region.”

“The conflict [in the Holy Land], instead of finding a fair solution, seems to be becoming chronic, with the risk of spreading and igniting the entire region.”

The situation, the Holy Father noted, has resulted in countless deaths, massive destruction, and widespread suffering, fostering sentiments of hatred and resentment that could lead to future tragedies… Kompli aqra »

Kandidati Pollakki jżuru s-Soċjetà tal-Mużew f’Malta

Żewġ Kandidati mill-Qasam ta’ Poznań (il-Polonja), Marcel u Antoni, bdew żjara ta’ ġimagħtejn f’Malta il-Ħadd 25 t’Awwissu 2024. Huma se jkunu qed jiltaqgħu mal-Membri u l-Kandidati Maltin filwaqt li żjuru id-Dar Ġenerali u diversi Oqsma fid-Delegazzjoni ta’ Malta. Jalla din iż-żjara tgħinnhom jikbru aktar fl-għarfien u l-imħabba tagħhom lejn il-vokazzjoni Museumina!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Id-dinja għandha tagħti widen għall-għajta tal-immigranti

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum se naqbeż il-katekeżi tas-soltu u nixtieq nieqaf magħkom biex naħsbu fuq il-persuni li – anki f’dan il-mument – qed jaqsmu ibħra u deżerti biex jilħqu art fejn jistgħu jgħixu fis-sliem u s-sigurtà.

Baħar u deżert: dawn iż-żewġ kelmiet nerġa’ nsibhom f’tant xhieda li nirċievi, kemm min-naħa ta’ migranti, kemm ta’ persuni li jħabirku biex jgħinuhom… Kompli aqra »

“Ħafna nies ma jafux li f’Malta hawn persuni homeless” – Keyne

2 tfajliet ta’ 17-il sena jgħinu lil dawk li jorqdu barra

Keyne Mascari u Elise Caligari qed iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom ma’ persuni li jinsabu waħedhom, jew jeħtieġu xi forma ta’ għajnuna, fosthom dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom u għaldaqstant jorqdu barra.

Elise qalet li matul is-sajf tas-sena li għaddiet kellha l-opportunità biex tgħin social worker li tagħmel parti mit-tim tad-Djakonija. Djakonija hija inizjattiva tal-Knisja f’Malta li fi kliem Keyne, “tgħin familji fil-bżonn u jkunu komunità.”

Il-mument li rat realtajiet li ħafna ma jarawx, Elise ġiet konxja mill-bżonn ta’ iktar persuni li jiddedikaw il-ħin tagħhom għall-oħrajn… Kompli aqra »