L-Aħbarijiet

ŻAK Kamp Sajf 2024: Biż-żejjed, biżżejjed?

Bejn il-5 u l-11 t’Awwissu, iż-ŻAK organizzat l-ikbar attività annwali tal-għaqda, ‘Kamp Sajf’ fl-iskola St. Thomas More, f’Santa Luċija, fejn ipparteċipaw iktar minn 100 persuna. Bl-isem ta’ “Biż-żejjed, biżżejjed?” din is-sena il-kamp itratta t-tema ta’ kif m’aħniex insibu l-kuntentizza fl-abbundanza ta’ affarijiet, opportunitajiet u esperjenzi li toffrilna d-dinja.

Waqt Kamp Sajf, il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jirriflettu fuq is-soċjetà u fuq kif qegħdin nintilfu f’ħafna superfiċjalità u materjaliżmu… Kompli aqra »

“Il-fidi hija għażla” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd ta' Matul is-Sena

  Knisja Parrokkjali ta' Marija Bambina, fin-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul il-Ħdud li għaddew smajna l-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, u illum nisimgħu l-aħħar versi tiegħu. F’dan il-kapitlu Ġesù tkellem fuqu nnifsu bħala “il-ħobż li niżel mis-sema” (Ġw 6:58). Kienet xi ħaġa diffiċli ħafna biex il-Lhud ta’ żmienu jifhmuha u jilqgħuha, meta mbagħad insista li hu se jagħti lilu nnifsu għalina fl-Ewkaristija fil-ġisem u d-demm tiegħu. Meta semgħuh jgħid li ġismu hu ikel tassew u demmu hu xorb, tassew tfixklu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ibqgħu f’Ġesù għaliex fih issibu l-milja tal-ħajja

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju tal-Liturġija (Ġw 60-69) jtina t-tweġiba ċelebri ta’ San Pietru li jgħid lil Ġesù: “Għand min immorru?  Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6.68)  Tweġiba sabiħa!  Hi stqarrija mill-isbaħ, xhieda tal-ħbiberija u l-fiduċja li jorbtuh ma’ Kristu, flimkien mad-dixxipli l-oħra.  “Mulej, għand min immorru?  Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem”.  Sabiħa! … Kompli aqra »

Inawgurati 2 ikoni ġodda għall-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku fil-Birgu

Ritratt: Mario Cocker

Il-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu inawguraw żewġ ikoni kbar biex iżejjnu il-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku tal-Birgu l-Ħadd 18 ta’ Awwissu.

Dawn l-ikoni jirrapreżentaw lill-Madonna tal-Gandlora u tal-Qalb ta’ Ġesu’. Din il-Madonna għandha rabta storika mal-knisja tad-Dumnikani tal-Birgu, minħabba li l-Ikona orġinali kienet inġiebet min Rodi mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Din l-ikona kienet intilfet fl-attakki mill-ajru fuq il-knisja ta-Dumnikani tal-Birgu fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1941… Kompli aqra »

“When I Grow Up – Heidi’s Show and Tell”: Ktieb Ġdid għat-Tfal

“When I Grow Up – Heidi’s Show and Tell” hija pubblikazzjoni ġdida miktuba minn Lara Fenech, awtriċi tal-kotba tat-tfal. B’kitba poetika tirrakkonta ġurnata divertenti meta l-għalliema Ms Hannah tistieden lill-istudenti tagħha biex jaqsmu l-ħolm tagħhom għall-futur. Fost il-kalejdoskopju kollu kuluri, kostumi u impjiegi, Heidi, waħda mit-tfal tal-klassi, għandha ħolma sigrieta li tixtieq taqsam.

Il-kunċett ta’ ‘Show and Tell’ irawwem ħiliet ta’ taħdit pubbliku fit-tfal sabiex iħossuhom komdi jitkellmu quddiem sħabhom u jużaw kliem deskrittiv u sentenzi sħaħ… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 3: Dun James Saydon

Dun James Saydon hu d-Direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof. Jitkellem dwar il-ħsibijiet, id-dubji u l-esperjenzi li ltaqa’ magħhom minn meta ħass is-sejħa tal-Mulej, b’mod speċjali fl-aħħar 8 snin bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum.

L-għan tal-podcast huwa li bl-esperjenzi ta’ kif skoprew is-sejħa tagħhom u l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom, is-saċerdoti jgħinu lil ħaddieħor jara s-sbuħija tas-sejħa ta’ Alla… Kompli aqra »

Santa tal-Madonna ta’ Lourdes b’talba bil-Malti

It-talba lill-Madonna ta’ Lourdes, Att ta’ fiduċja fil-Madonna, ġiet tradotta bil-Malti minn Michael Caruana. It-talba ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes u qed titqassam miċ-Ċentru Informazzjoni tas-Santwarju f’Lourdes stess.

Michael Caruana, l-awtur tal-ktieb Pass, Pass f’Lourdes fil-Madwar – Ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi, u tour leader ta’ pellegrinaġġi għal Lourdes sa mill-1988, qaleb din it-talba għall-Malti u ġiet stampata fuq wara ta’ santa bix-xbiha tal-Madonna ta’ Lourdes… Kompli aqra »

X’inhu r-rwol tal-Knisja f’Malta kontra l-vjolenza fuq in-nisa?

Ingħaqad magħna għal konverżazzjoni spiritwali fil-21 ta' Awwissu fil-5:30pm

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed qed torganizza sessjoni sabiex tindirizza t-trawma tal-femiċidju. Din qed issir bħala parti mid-diskussjonijiet spiritwali riċenti u fid-dawl tal-atti orribbli li bosta nisa qed jaffaċċjaw kuljum.

Lil hinn mill-kwistjonijiet politiċi u kulturali, il-femiċidju jġib miegħu ħafna wġigħ u jhedded li jkisser l-ispirti tagħna. Neħtieġu saħħa psikoloġika u spiritwali biex nipproteġu lilna nfusna mill-effetti sottili imma estensivi tiegħu filwaqt li nagħrfu l-ħsara li qed issir… Kompli aqra »

Jitfakkar il-50 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emmanuel Galea

Din il-ġimgħa jitfakkar il-50 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Emmanuel Galea permezz ta’ żewg quddisiet iċċelebrati mill-Isqfijiet ta’ Malta.

Mons. Emmanuel Galea twieled fl-10 ta’ Marzu 1891. Studja fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot nhar it-18 ta’ Diċembru 1915.

Fl-1917 kien maħtur Kanonku Teologu tal-Kolleġjata tal-Isla, fejn baqa’ jservi sal-1932 meta nħatar Kanonku tal-Katidral ta’ Malta. Kiseb id-dottorat fl-Università Gregorjana f’Ruma u fl-1930 inħatar Professur tal-Liġi Kanonika fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Vatikan ikeċċi fundatur tal-moviment reliġjuż Sodalitium tal-Peru

Colonnade of St. Peter’s Square  (AFP or licensors)

Following probe, the Vatican’s Dicastery for Consecrated Life expels Luis Fernando Figari, the founder of Peru’s Sodalitium religious movement, who had already, years ago, been removed from the movement that he had established in the 1970s, due to accusations of psychological and sexual abuse, including against minors, and for financial irregularities.

Luis Fernando Figari, founder of the Peruvian apostolic society Sodalitium Christianae Vitae (SVC), more commonly known as Sodalicio, ends with a measure by the Holy See, expelling him from the movement he himself created. 

The movement had previously been placed under supervision due to cases of abuse and financial mismanagement by its leaders… Kompli aqra »