L-Aħbarijiet

Il-Vatikan iħabbar it-tema tal-Jum Dinji tal-Paċi 2025

“Only from a genuine conversion on all levels – personal, local and international – will true peace be able to flourish,” says the Dicastery for Promoting Integral Human Development in its statement on the theme for the 2025 World Day of Peace.

In Thursday’s statement, the Dicastery adds that peace comes not only from an end to conflicts, “but also in a new reality in which wounds are healed and each person’s dignity is recognized”… Kompli aqra »

“Ftakru fl-emigranti Maltin meta nilqgħu l-immigranti f’Malta” – L-Arċisqof

Filmat: Miguela Xuereb

L-Arċisqof Charles Scicluna appella biex inġibu quddiem għajnejna l-emigranti Maltin f’pajjiżi oħra meta niġu biex nilqgħu l-immigranti f’Malta.

F’intervista fuq il-programm Għal Kulħadd ma’ Christine Delicata li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u nofsinhar fuq RTK103, Mons.Scicluna tkellem dwar il-ħaddiema barranin f’Malta u sostna li daqs kemm nittrattaw tajjeb lil ħutna Maltin, nagħmlu l-istess lil ħutna l-barranin… Kompli aqra »

Il-Papa jikteb ittra fuq kif il-letteratura teduka l-qalb u l-moħħ

Ktieb tajjeb jiftaħ il-moħħ, iqanqal il-qalb, u jippreparana għall-ħajja, jikteb il-Papa Franġisku f’ittra lil dawk li qed jitħejjew għas-saċerdozju, waqt li jżid li l-operaturi pastorali u l-Insara kollha japprezzaw “il-qari ta’ rumanzi u poeżiji bħala parti mit-triq tal-maturità personali”.

B’din l-ittra tiegħu fuq ir-rwol tal-letteratura fil-formazzjoni, miktuba fis-17 ta’ Lulju u ppubblikata l-Ħadd, il-Papa Franġisku jixtieq iħeġġeġ għal “imħabba ġdida għall-qari” u fuq kollox “jipproponi bidla radikali fir-rotta” tat-tħejjija tal-kandidati għas-saċerdozju, biex jingħata iktar lok għall-qari ta’ opri letterarji… Kompli aqra »

Ikomplu l-konverżazzjonijiet dwar l-irwol tal-Knisja f’Malta

Il-Kattoliċi kollha mistednin

Wara r-rispons pożittiv f’Lulju li għadda, il-Knisja f’Malta qed tistieden lill-Kattoliċi kollha, biex jipparteċipaw f’waħda jew aktar minn serje ta’ konverżazzjonijiet spiritwali li se jsiru f’Awwissu.

Hekk kif qed ngħixu t-tema ta’ din is-sena ddedikata għal “Knisja li Toħroġ”, qed jiġu organizzati sensiela ta’ konversazzjonijiet spiritwali fi ħdan il-proċess sinodali għat-tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed.

Waqt it-tnedija tat-tema fl-Assemblea Djoċesana f’Novembru 2023, il-parteċipanti identifikaw diversi suġġetti li jikkontribwixxu għall-missjoni tal-Knisja lokali li toħroġ sabiex nidħlu fl-ispirtu ta’ San Pawl Appostlu li xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi żżid is-sussidji lill-entitajiet tagħha bi 33%

Il-Kċina ta’ Marta tipprovdi 1,200 ikla fil-ġimgħa

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta żiedet is‑sussidji lid‑djar tat‑tfal tagħha b’€180,000, minkejja li rreġistrat żbilanċ ta’ €325,000.

F’konferenza tal‑aħbarijiet fejn ġie ppreżentat ir‑rapport finanzjarju tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall‑2023, is‑Segretarju Amministrattiv Michael Pace Ross qal li l‑Arċidjoċesi qed tagħmel kull sforz biex tgħin lill‑familji u lill‑individwi li qed ifittxu l‑għajnuna kif ukoll qed jitnedew bosta proġetti bil‑għan li titkompla l‑missjoni tal‑Knisja. Dawn jinkludu ħidma ma’ tfal u adolexxenti, persuni li sofrew vjolenza domestika u forom oħra ta’ abbuż, mal‑migranti, u ma’ dawk li qed ifittxu rijabilitazzjoni minn abbuż ta’ sustanzi u vizzji oħra… Kompli aqra »

Ġublew 2025: Il-Bieb Imqaddes se jinfetaħ biss fil-Bażiliċi Papali f’Ruma

Ritratt: Agenzia ANSA

In view of the approaching start of the Jubilee 2025, the question has recently been raised as to whether it would be possible to provide for the configuration and opening of the Holy Door in Cathedral Churches, International and National Shrines, as well as in other particularly significant places of worship.

In this regard, while respecting the most sensitive consideration of the pastoral and devotional motivations that may have suggested such a laudable aspiration, it is nevertheless deemed necessary to recall the precise indications established by the Holy Father in the Bull of Indiction of the Jubilee 2025, Spes non confundit, which indicates as the Holy Door that of Saint Peter’s Basilica and the other three Papal Basilicas, namely Saint John Lateran, Saint Mary Major and Saint Paul Outside-the-Walls (cf… Kompli aqra »

Esperjenza missjunarja għal kandidati tal-MUSEUM

Nhar l-4 t’ Awwissu 2024, grupp ta’ Kandidati flimkien mad-Direttur tagħhom u s-Superjur Joseph Mercieca bdew esperjenza missjunarja fl-Oqsma ta’ Julio C Tello u ta’ Puente Piedra fil-Perù. Din l-esperjenza missjunarja hija element fundamentali fil-formazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ fil-vokazzjoni Museumina. Nakkumpanjawhom bit-talb tagħna biex jikbru spiritwalment u fl-imħabba tagħhom lejn it-tixrid tal-Evanġelju!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

L-Arċisqof iħeġġeġ biex ngħinu lil “ħutna bil-ġuħ” f’Malta

Loop tqassam 270 ikla kuljum

L-Arċisqof iżur il-Kċina ta’ Marta li tinsab fis-Seminarju tal-Virtù

L-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lil kulħadd biex matul l-istaġun tal-festi, nieħdu ħsieb biex ħadd ma jibqa’ bil-ġuħ.

Fuq X, huwa kiteb li dan nistgħu nagħmluh billi nibagħtu donazzjoni lil Loop, li permezz ta’ Il-Kċina ta’ Marta, qed toffri tant ikliet lil dawk li jeħtieġu l-għajnuna. Li nagħtu donazzjoni għal min jinsab bil-ġuħ, l-Ariċsqof qal, li huwa ekwivalenti daqslikieku qed nistednuhom jieklu magħna d-dar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-gwerra hi biss telfa!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti l-Ħadd it-tajjeb.

L-Evanġelju tal-lum jgħidilna li wara l-miraklu tal-ħobż u l-ħut, Ġesù jistieden lill-folla li qed tifttxu biex tirrifletti fuq dak li kien ġara biex jifhmu s-sens tiegħu (ara Ġw 6:24-35).

Kienu kielu l-ikel li kien tqassamilhom u setgħu jaraw kif, bi ftit riżorsi, bil-ġenerożità u l-kuraġġ ta’ tfajjel li kien offra lill-oħrajn dak li kellu, kulħadd kien kiel sax-xaba’ (ara Ġw 6:1-13)… Kompli aqra »

Il-Vatikan jikkundanna xena kontroversjali fil-ftuħ tal-Olimpjadi

Ritratt: Rawpixel.com

Il-Vatikan ikkundanna x-xena kontroversjali fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi f’Pariġi u qal li din ix-xena kienet offensiva għall-Insara u persuni oħra ta’ twemmin reliġjuż.

Fi stqarrija bil-Franċiż, is-Santa Sede ingħaqdet ma’ dawk kollha li, fil-jiem li għaddew, kellhom kritika qawwija għal dik li dehret bħala parodija tal-pittura tal-Aħħar Ċena minn Leonardo da Vinci.

L-istqarrija tgħid li f’avveniment prestiġjuż bħala dan, fejn id-dinja tingħaqad madwar valuri komuni, ma għandux ikun hemm allużjonijiet li jirredikolaw it-twemmin reliġjuż tal-bnedmin… Kompli aqra »