L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 24-28
    Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

    L-Evanġelju: Luqa 1, 46-55

  • F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14 jew Sof 3, 14-18a
    Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

    L-Evanġelju: Luqa 1, 39-45

  • F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 7, 10-14
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    L-Evanġelju: Luqa 1, 26-38

  • Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Mħal 13, 2-7.24-25a
    Salm: 70 (71), 3-4a.5-6ab.16-17

    L-Evanġeju: Luqa 1, 5-25

  • Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 23, 5-8
    Salm: 71 (72), 2.12-13.18-19

    L-Evanġelju: Mattew 1, 18-24

  • It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 49, 2.8-10
    Salm: 71 (72),1- 2.3-4ab.7-8.17

    L-Evanġelju: Mt 1, 1-17

  • Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Diċembru

  • It-Tielet Ħadd tal-Avvent Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sof 3, 14-18a
    Salm: Is 12, 2-3.4bċd. 5-6
    It-Tieni Qari: Fil 4, 4-7

    L-Evanġelju: Luqa 3, 10-18

  • F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?”. U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 48, 1-4.9-11
    Salm: 79 (80), 2aċ u 3b. 15-16. 18-19

    L-Evanġelju: Mt 17, 10-13

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”.

    Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Mattew 11, 16-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”.

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
    Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13ab

    L-Evanġelju: Mattew 11, 11-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

    Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha…

  • Kompli aqra »