L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Omm il-Knisja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal kull min qed ibati, b’mod speċjali min tilef persuna għażiża waqt il-Covid-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Lil Marija narawha bħala Omm il-Knisja diġà fil-bidu tal-Knisja meta, kif smajna fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienet miġbura flimkien mal-appostli huma u jitolbu. Jidher li l-appostli fehmu malajr dak li għamel Ġesù fuq is-salib meta lil Marija qalilha: “Hawn hu ibnek” u lil Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub qallu “Hawn hi ommok” u minn dak il-ħin Ġwanni ħadha għandu. Hemmhekk, fuq is-salib, lil ommu taha lilna bħala ommna ħalli tkun hi l-omm li tmexxina fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Enerġija u kreattività – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Għid il-Ħamsin

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa dan li aħna se nistqarru ftit ieħor meta nagħmlu l-istqarrija tal-fidi tagħna. Hu dan li tfisser il-festa li qed niċċelebraw illum, il-festa ta’ Pentekoste, l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli; u għalhekk it-twelid tal-Knisja, li twieldet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Minn nies li aktar moħħhom kif se jsalvaw ġildhom, għamilhom nies li lesti li jagħtu ħajjithom… Kompli aqra »

Taf li nħobbok! – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-adolexxenti li kienu se jirċievu l-Griżma tal-Isqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jistaqsi lil Pietru għal tliet darbiet “Tħobbni int?”, bħalma rajna llum fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, f’moħħna mill-ewwel nassoċċjaw dawn it-tliet darbiet li Ġesù staqsa “Tħobbni?” mat-tliet ċaħdiet li għamel Pietru fil-passjoni ta’ Ġesù. Niftakru f’dak l-episodju, li jsemmuh l-evanġelisti kollha, meta Pietru kien fejn il-qaddejja tal-qassis il-kbir u hemmhekk, meta staqsewh, ċaħad li kien jaf lil Ġesù. Beża’ u ċaħad… Kompli aqra »

Żommna taħt il-ħarsien tiegħek – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal dawk li preżentament qed jiddubitaw f'Alla

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fit-talba li Ġesù għamel għad-dixxipli tiegħu fl-aħħar ċena, hu jgħid lill-Missier biex iżommhom taħt il-ħarsien tiegħu. Hemm f’din it-talba dak is-sens ta’ mħabba, ta’ kura, ta’ għożża, ta’ protezzjoni li Ġesù kellu mad-dixxipli tiegħu, u għalhekk jitlob lill-Missier:  “ħarishom f’ismek” dawn id-dixxipli.

Id-dixxipli kellhom bżonn li jħarishom il-Mulej. Mhux biss għax kienu se jgħaddu mill-esperjenza qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù; imma wara l-qawmien tiegħu u bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuqhom, setgħu jħossu dan il-ħarsien tal-Mulej, speċjalment meta kellhom jaffaċċjaw  sfidi, diffikultajiet u persekuzzjonijiet huma u jxandru l-Evanġelju… Kompli aqra »

Rebaħ id-dinja? – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta sabiex meta tgħaddi din il-pandemija nħarsu dejjem aktar id-dar komuni tagħna u nagħtu aktar każ l-ħtigijiet ta’ ħutna l-aktar dgħajfa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jien irbaħt id-dinja”. Dan il-kliem smajna lil Ġesù jgħidu fl-Evanġelju llum. Hu kliem li qal fl-aħħar ċena. Jidher qisu kliem mhux daqshekk f’postu meta tiftakar li qed jgħidu ftit mumenti qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu, meta kien imsallab fuq is-salib bl-agħar forma ta’ mewt. X’rebħa hija dik? Meta n-nies li kien hemm ħarsu lejh fuq is-salib, qalu: din hi l-akbar telfa, mhux rebħa! … Kompli aqra »

Ħarsitna ’l fuq u saqajna mal-art – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Seba' Ħadd tal-Għid u Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù hi proprju fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli. Ġesù, wara l-mewt u l-qawmien tiegħu, iltaqa’ kemm-il darba mad-dixxipli tiegħu. Uriehom li hu ħaj, u fl-aħħar, meta kien se jitla’ s-sema, tahom il-missjoni li huma jkomplu l-ħidma tiegħu sa truf l-art kollha. Għalhekk, fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli hemm il-ġrajja ta’ meta jagħtihom din il-missjoni, u mbagħad jitla’ s-sema… Kompli aqra »

Il-ferħ tagħna li ħadd ma jeħodhulna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għal kull min tilef it-tama, biex il-Mulej jagħtihom l-hena u jkun id-dawl f’mumenti ta’ dlam

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom”. Dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum jinstema’ stramb meta jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit mumenti qabel ma se jgħaddi mill-passjoni kiefra u l-mewt tiegħu. Qisu mhux floku li titkellem fuq il-ferħ meta hu kien jaf minn xiex se jgħaddi.

Imma Ġesù ried dejjem jitkellem ċar mal-appostli. Filwaqt li jippreparahom għal dik l-esperjenza kiefra li kien se jgħaddi minnha, u allura huma tant iħossuha, jippreparahom ukoll għal wara… Kompli aqra »

L-Ispirtu tal-Verità jgħinna nagħrfu kif inxandru lil Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-professjonisti li jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-Covid-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom.” Dan il-kliem qalu Ġesù meta kien qed jagħmel l-itwal diskors li nsibu fl-Evanġelji. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, fl-aħħar ċena,  meta kien diġà qal ħafna lill-appostli u kien baqagħlu x’jgħid, hu jgħidilhom: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.” Imbagħad jgħidilhom: Meta jiġi l-Ispirtu s-Santu, se jmexxikom hu fit-triq tal-verità. Dan hu l-Ispirtu tal-Verità li jmexxikom fit-triq it-tajba… Kompli aqra »

Id-Difensur u l-Ispirtu tal-Verità – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-fejqan tal-pazjenti morda bil-Covid-19

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ kelmiet li Ġesù juża llum fl-Evanġelju biex jitkellem fuq l-Ispirtu s-Santu li hu kellu jibgħat fuq id-dixxipli wara li jqum mill-mewt. Ġesù jgħid: Nibgħatilkom “Id-Difensur” u “L-Ispirtu tal-Verità”. Dawn it-tnejn ifissru tajjeb ħafna min hu Ispirtu s-Santu fil-ħajja tal-appostli u fil-ħajja tagħna wkoll.

Ġesù jgħid: Nibgħatilkom id-Difensur. Ifisser xi ħadd li qiegħed magħkom, li jakkumpanjakom, li jappoġġjakom, jinkoraġġikom imma wkoll jipproteġikom… Kompli aqra »

L-imħabba bil-fatti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Forsi jidher ovvju l-kliem li jgħid Ġesù u li jenfasizza b’mod speċjali fl-Evanġelju tal-lum. Fil-bidu u fl-aħħar jgħid l-istess ħaġa għal darbtejn. Fil-bidu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.” U fl-aħħar jgħid: “Min għandu l-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni.”

Forsi ngħidu: mhux ovvju dan? Mhux ovvju li jekk inti tħobb lil Ġesù tfittex li tħares il-kmandamenti tiegħu u l-kelma tiegħu, kif jgħid anke aktar ’il quddiem fl-istess diskors? … Kompli aqra »