L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Għajnuna kbira għall-fidi tagħna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Tumas Appostlu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm qaddisin li kif tisma’ isimhom, moħħok mal-ewwel imur fl-affarijiet kbar u ta’ ġid li għamlu; u hemm qaddisin li ħadmu pjuttost fil-kwiet, fis-skiet, fil-moħbi, u meta tisma’ isimhom moħħok imur f’din il-ħidma tagħhom fil-kwiet. Imma hemm min baqa’ b’timbru, u San Tumas l-Appostlu hu wieħed minn dawn. Baqa’ bit-timbru “dak li ma emminx”. Fil-fatt anke bl-Ingliż hemm espressjoni “doubting Thomas” li hi espressjoni komuni, u li oriġinat minn din il-ġrajja li smajna llum… Kompli aqra »

Ressaq lil ħafna lejn Ġesù – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Beatu Nazju Falzon

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Bdew jitolbuh ħafna biex jibqa’ sejjer ’il barra minn pajjiżhom.” Din kienet ir-reazzjoni tan-nies – kif rajna fl-Evanġelju, tal-“belt bi ħġarha” – għal dak li kien għamel Ġesù. Qabadhom il-biża’, u riedu li jitlaq. Flok semgħuh biex jistgħu jagħrfuh u japprezzawh, qalulu jitlaq ’il barra minn pajjiżhom.

Nazju Falzon, li tiegħu qegħdin nagħmlu llum it-tifkira, kien bniedem li mhux biss għaraf u apprezza lil Ġesù, imma ried li nies oħra isiru jafuh u japprezzawh… Kompli aqra »

Salvana, Mulej – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-għaxar saċerdoti l-ġodda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Żgur li nifhmu dak li ħassew id-dixxipli li kienu fuq id-dgħajsa, fejn kien hemm ukoll Ġesù, meta qamet din it-taqliba u l-mewġ beda tiela’ fuq id-dgħajsa. Bdew jibżgħu. Dawn, li ħafna minnhom kienu sajjieda, kienu jifhmu x’jiġfieri baħar perikoluż. Lilhom nifhmuhom, imma għall-mument ma nifhmux kif f’din it-tempesta kollha, Ġesù li kien magħhom kien rieqed. Fl-Evanġelju darba ssib li Ġesù kien rieqed – hu hawn, f’din it-tempesta kollha… Kompli aqra »

Imħabba bla kompromessi – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jista’ jkun jidher ftit goff u barra minn loku dan il-kliem ta’ Ġesù, speċjalment fl-ewwel parti tal-Evanġelju, meta qisu jqabbel l-imħabba lejh mal-imħabba lejn l-omm u l-missier, jew tal-omm u l-missier lejn l-ulied, l-imħabba fil-familja. Qisu jqegħidhom f’kuntrast. Imma ma kienx Alla stess li tana l-kmandament biex nirrispettaw u nħobbu lil missierna u lil ommna? Għaliex Ġesù jitkellem hawnhekk b’dal-mod? … Kompli aqra »

Fejn tħabbat il-qalb – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għalina lkoll sabiex nilqgħu lil Ġesù Kristu, il-fejjieq tar-ruħ u l-ġisem tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din is-silta qasira, nistgħu nifhmu fejn tħabbat il-qalb ta’ Ġesù. Ġesù jinżel mill-muntanja, wara dak id-diskors fuq il-muntanja, u l-Evanġelju jgħid li kellu folla kbira ta’ nies warajh. Imma Ġesù jitlaqa’ ma’ dan il-lebbruż li b’kuraġġ jiġi quddiemu jitolbu biex ifejqu, u Ġesù jisma’ l-karba ta’ dan.

Fejn tħabbat il-qalb ta’ Ġesù? Mhijiex qalb li tinbela’ mill-folla. Hawn kien hawn rassa ta’ nies, u faċli li meta jkun hemm folla, meta tara xi ħadd tarah qisu wieħed mill-folla… Kompli aqra »

Dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta' San Ġwann il-Battista

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm nota ta’ ferħ li hi nota qawwija marbuta ma’ din is-solennità tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista. Fl-Evanġelju stess smajna lil San Luqa jgħid li mat-twelid il-ġirien u l-qraba “marru jifirħu” ma’ Eliżabetta. Imma anke xhur qabel, meta l-anġlu lil Żakkarija ħabbarlu li kien se jitwieled Ġwanni l-Battista,  kien qallu: din se tkun ħaġa li lilek se ġġiblek ferħ kbir u thennik ħafna, u jkunu bosta li jifirħu bit-twelid tiegħu… Kompli aqra »

Il-ġudizzju tal-qalb hu f’idejn Alla – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-imħallfin u l-maġistrati sabiex bil-ġudizzju tagħhom issir ġustizzja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tiġġudikawx” hi l-kelma ċara li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu u li jgħid lilna llum ukoll.  Hemm ħafna x’tomgħod f’dil-kelma li jgħid.

X’jiġfieri “tiġġudikawx”? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin madwarek, tagħlaq għajnejk jew tħares in-naħa l-oħra biex ma tiġġudikax? Ifisser li meta tara dak li hu ħażin fik stess, tiskot u tgħid: “Aħjar ma ngħid xejn fuq dak li hu ħażin”? … Kompli aqra »

Ma nħallux il-biża’ jaħkimna – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fit-12-il Ħadd matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Aktar ritratti fui: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet, fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jgħid lill-appostli tiegħu “la tibżgħux”. Kellu raġun jgħidilhom hekk għax seta’ jara minn qabel kif dawn l-appostli, fil-mument tal-akbar tbatija – jiġifieri fil-passjoni u l-mewt tiegħu – beżgħu, u għalhekk kważi kollha telquh.

Imma meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu u tahom il-qawwa li għenithom biex jirbħu l-biża’, imbagħad setgħu jiftakru f’dal-kliem li qal Ġesù, meta qalilhom: “La tibżgħux… Kompli aqra »

Etika tal-ħajja konsistenti

The document that has just been published by the Church in Malta, entitled One Church. One Journey. A Process of Ecclesial Renewal 2020-2024, underlines a strong commitment to the promotion of human life and dignity: “Above all, we are called to place the safeguarding of human life and dignity at the centre of our proclamation and service.”

This fundamental option reminds us of the words of Jesus: “I came so that you may have life, and have it in abundance” (Jn 10:10)… Kompli aqra »

Mhux għal wiċċ in-nies – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi t’Għawdex biex il-Mulej ikun id-dawl u l-qdusija tiegħu

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet Ġesù fl-Evanġelju jgħid: “Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi.” Qed ifakkarna li Alla jara kollox, dak li jidher u dak li ma jidhirx; li Alla jara l-qalb, mhux biss dak li jidher minn barra. Ma jimpressjonax ruħu bil-faċċati. L-image ma tagħmilx bih.

Hawnhekk Ġesù mhux qed jitkellem fuq dak li hu ħażin, li Alla jarah ukoll… Kompli aqra »