Messaġġi tal-Arċisqof Emeritu Mons Pawlu Cremona O.P.

Omelija tal-Arċisqof waqt Quddiesa ċċelebrata għall-grupp ‘Voices’

  • Kappella tal-Universita, L-Imsida,
    5 ta’ Awwissu 2014

    Naħseb li meta għażiltu l-lezzjoni tal-lum minn Ġeremija qagħdtu attenti li jisemmew il-kelmiet: ‘għanja ta’ radd il-ħajr u għanja ta’ ferħ’ (Ġer 30, 19). Il-motto tagħkom huwa heart and soul, imma heart and soul li tiddeskrivi ruħha f’radd ta’ ħajr u ferħ.

    Jiena llum għamilt din il-mistoqsija: imma n-nisrani għaliex għandu jgħanni għanja ta’ ferħ u għanja ta’ radd il-ħajr? …

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-miġja tar-Relikwija bid-demm ta’ San Lawrenz

  • Il-Birgu
    24 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, il-Knisja tagħna għandha rispett kbir lejn il-qaddisin u dan ir-rispett mhuwiex fl-ajru imma jibni relazzjoni bejn il-qaddisin u aħna. Din  ir-relazzjoni hija importanti għaliex lilna tagħtina ċ-ċans li nitolbuhom biex jidħlu għalina – min jaf kemm il-darba tlabna lil San Lawrenz u l-qaddisin l-oħra biex jidħlu għalina –  u wkoll biex aħna nħarsu lejn il-ħajja tagħhom u fit-triq tagħna lejn Ġesu inħalluhom jgħallmuna kif għandna nersqu lejh…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-jum iddedikat lill-Familja

  • Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-anniversarji taż-żwieġ u presentazzjoni ta’ trabi matul il-ġimgħa tal-Festa

    Parroċċa tal-Imsida
    14 ta’ Lulju 2014

    F’din iċ-ċelebrazzjoni, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp, niftakru fil-familja ta’ Nazaret: Ġużeppi, Marija u Ġesu. U għax illum qegħdin niċċelebraw l-anniversarji taż-żwieġ tagħkom, nixtieq li tiftakru li biex timxu fuq il-passi ta’ din il-Familja Mqaddsa. Ħa naraw ftit x’kienet l-istorja taż-żwieġ ta’ Ġużeppi u Marija…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni

  • Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid
    6 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, meta niġu hawnhekk niġu billi nagħmlu att ta’ fidi: hawnhekk se nisimgħu dak li qal il-Mulej Ġesù u nemmnuh u għalina jsir il-verita.

    Meta Ġesù ġie fid-dinja huwa kellimna dwar Alla l-Missier, dwar Alla l-Iben u Alla l-Ispirtu s-Santu. U aħna nemmnuh dak li qal Ġesù…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-‘Lejla ta’ Solidarjetà’ tal-Caritas Malta

    • Il-Knisja f’pajjiżna permezz tal-Caritas kienet pijuniera fil-ġlieda kontra d-droga, u kienet pijuniera fir-rijabilitazzjoni tal-persuni li kienu jieħdu d-droga.

      Issa li ħarġet il-White Paper “Riforma tal-liġijiet dwar id-drogi tal-abbuż”, il-Knisja trid tagħti sehma fid-diskussjoni li bdiet. Ovvjament, irid ikun hemm ħafna kunsiderazzjonijiet u riċerka li ddawwalna.

      Naħseb li dawn huma xi prinċipji li jridu jiġu mħarsin:

      • Li d-droga hija ħażina mhux għax kienet illegali, iżda hi llegali għaliex għandha effetti ħżiena fuq dawk li jeħduha…
  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt it-Translazzjoni ta’ San Ġwann Battista

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    5 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, intom tafu li minbarra t-twelid ta’ Ġesu u minbarra t-twelid ta’ Marija, fis-sena liturġika aħna niċċelebraw biss it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għaliex it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista niċċelebrawh b’tant solennita imma jien naħseb li waħda mir-raġunijiet hija propju għaliex il-missjoni ta’ Ġwanni l-Battista kienet unika…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-Kappillan Patri Salvino Spagnol OCD

  • Ta’ Xbiex
    2 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, illum se jibda l-missjoni tiegħu Patri Salv bħala kappillan ta’ din il-parroċċa. X’inhi parroċċa? Parroċċa hija żewġ realtajiet: l-ewwelnett hija realta ta’ dawk li jiltaqgħu bħala komunita kif qegħdin aħna hawnhekk. Aħna l-komunita li hija l-parroċċa. Imma mbagħad meta ngħidu li hemm parroċċa rridu ngħidu wkoll li meta l-Isqof għamilha parroċċa taha territorju biex tevanġelizzaħ, fil-każ tagħna ta’ Xbiex…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ seba’ saċerdoti ġodda

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    1 ta’ Lulju 2014

    L-ordinazzjoni presbiterali li qed niċċelebraw illum għandu żewġ realtajiet. L-ewwel realtà hija il-fatt li b’din l-ordinazzjoni nerġgħu nidħlu fil-misteru tal-istorja tas-salvazzjoni. It-tieni realtà hija l-fatt li dawn li ser jirċievu dan is-sagrament, jibqgħu bnedmin dgħajfa, imma jiġu msaħħin bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

    Smajna fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-ittra lill-Lhud (Lhud 5, 1-10) kif l-awtur jgħid li Alla l-Imbierek meta ra lil bniedem midneb tant ħabbu li bagħat lil Ibnu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt is-solennità ta’ San Pietru u San Pawl

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    29 ta’ Ġunju 2014 

    Ħuti, jiena niftakar meta kont żgħir kont  nagħmel din il-mistoqsija: imma għaliex San Pietru u San Pawl, minn barra milli jiġu ffesteġġjati wieħed għalih u l-ieħor għalih, jiġu ffesteġġjati  wkoll flimkien?

    U tafu li hemm diversi raġunijiet, insemmu tnejn biss. L-ewwel waħda għaliex huma l-kolonni tal-Knisja. Fi żmien meta l-Knisja kienet ippersegwitata mid-dinja Rumana u qabel anke mid-dinja Lhudija,  Alla l-Imbierek ta lil dawn l-appostli biex huma jmexxu l-Knisja f’dak iż-żmien daqshekk diffiċli.  It-tieni raġuni hija għaliex aħna nafu li t-tnejn mietu ġewwa Ruma, l-ewwel San Pietru u mbagħad San Pawl imma t-tnejn ħadu l-martirju ġewwa Ruma…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Ħamsin Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja u Twaqqif tal-Parroċċa ta’ Burmarrad

  • Parroċċa ta’ Burmarrad
    30 ta’ Mejju 2014

    Ħuti, illum qed niċċelebraw il-ħamsin anniversarju tal-konsagrazzjoni ta’ din il-Knisja. Jekk aħna nidħlu fl-immaġinazzjoni, min jaf kemm swietilhom xogħol u ħidma u ġenerożita meta ġew biex jibnu din il-knisja biex ikunu jistgħu jaqdu lin-nies ta’ dawn l-akkwati.

    Imma jiena nixtieq li nimxi pass ieħor. Jien dejjem ngħid fija nnifsi: Ġesu lill-appostli qalilhom: imxu warajja, u dawk imxew warajh…

  • Kompli aqra »