Stqarrijiet tal-Isqfijiet

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Aquarius

  • Ilna snin nisimgħu dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni li qed jisvolġi fil-Baħar Mediterran. Dan il-fenomenu jixhed is-sitwazzjoni ddisprata ta’ min iħossu mġiegħel iħalli pajjiżu biex jaħrab il-gwerer jew il-ġuħ; minn naħa l-oħra l-istess fenomenu juri wkoll it-tbatija, it-tħassib u s-sagrifiċċji tal-popli tal-pajjiżi li qegħdin jilqgħuhom.

    Anke f’dawn il-ġranet il-ġrajja tal-vapur Aquarius uriet il-kumplessità u d-delikatezza kemm tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet għaliha.

    Għalhekk, inħeġġu lill-awtoritajiet politiċi fl-Ewropa biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet umanitarji għal dawn il-persuni, mingħajr ma jinsew ir-realtajiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi li jilqgħuhom…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar l-Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni

  • Aħna l‑Maltin għandna għożża għall‑ulied u għall‑ħajja sa mit‑tnissil tagħha. Din hi ħaġa pożittiva ħafna li nixtiequ ninkoraġġixxu bis‑sħiħ. Nuru għalhekk l‑apprezzament tagħna għall‑isforzi li jsiru biex il‑koppji li ma jistgħux ikollhom tfal jingħataw għajnuna xierqa u f’waqtha.

    Fl‑istess waqt, hu b’dispjaċir li qrajna emendi proposti għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni.

    Jidher li l-emendi proposti jmorru kontra l‑għan prinċipali tal‑liġi preżenti, li kien li jassisti koppji li qegħdin f’relazzjoni stabbli biex jista’ jkollhom tarbija…

  • Kompli aqra »

Ma nistgħux nagħlqu widnejna għall-karba ta’ min jitlef ħajtu fil-Mediterran – L-Isqfijiet Maltin

  • Għal darb’oħra qed nassistu, kważi bla saħħa u mingħajr wisq interess ġenerali, għal traġedja oħra ta’ persuni li mill‑kontinent Afrikan jaqsmu l‑Mediterran, ifittxu t‑tama ta’ ħajja aħjar għalihom u għall‑familji tagħhom. Din id‑darba, minkejja l‑oppożizzjoni li ltaqgħu magħha, it‑traġedja ma kinitx akbar grazzi għall‑intervent f’waqtu ta’ organizzazzjonijiet volontarji li jiddedikaw il‑mezzi u l‑ħiliet tagħhom biex jgħinu lill‑ifqar fost il‑fqar.[1] It‑traġedji tal‑foqra tad‑dinja qed isiru biss aħbar ta’ mument, li tintrema malajr fl‑iskart! …

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet jilqgħu l-ħatra ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jilqgħu l-ħatra mill-Papa Franġisku, ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Alessandro D’Errico. 

    L-Isqfijiet iwiegħdu lill-Arċisqof D’Errico t-talb tagħhom u tal-Insara f’Malta u Għawdex.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Grech jirringrazzjaw lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku, li llum huwa rtirat.


    ✠ Charles J…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit

  • Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

    F’dawn is-sigħat, pajjiżna qed jgħix il-missjoni nobbli tiegħu li jkun pont bejn iż-żewġ kontinenti u jkun post fejn bħala bnedmin inwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, noħorġu mill-għeluq tat-tiftix esklussiv tal-interessi nazzjonali, u nissaħħu fl-ispirtu ta’ ospitalità u ta’ responsabiltà li għandna…

  • Kompli aqra »

Dikjarazzjoni konġunta mill-Isqfijiet tad-Djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex, Mons. Charles J. Scicluna u Mons. Mario Grech

  • L-Isqfijiet jixtiequ jagħtu assikurazzjoni lill-pubbliku li l-ħarsien tal-minuri huwa dejjem fost il-miri prinċipali tad-Djoċesijiet immexxija minnhom, u li l-liġijiet, kemm tal-Knisja kif ukoll tal-Istat, huma dejjem osservati u esegwiti f’din il-materja bħal f’kull materja oħra.

    Kif inhu magħruf, fil-ħarifa tas-sena 2014 l-Isqfijiet flimkien mas-Superjuri Maġġuri Reliġjuzi ta’ Malta u ta’ Għawdex adottaw u ppubblikaw il-policy il-ġdida dwar kif jiġu mistħarrġa allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ minuri minn membri tal-kleru u reliġjużi u minn funzjonarji pastorali oħra…

  • Kompli aqra »

Talb għas-Sinodu tal-Isqfijiet – Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija

  • Fi ftit ġimgħat oħra, Isqfijiet minn madwar id-dinja kollha ser jiltaqgħu Ruma għas-Sinodu Straordinarju dwar ‘L-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġeliżazzjoni’, li ser isir bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru li ġej. Dan ser ikun mument qawwi għall-Knisja kollha u għaldaqstant kull Nisrani hu msejjaħ biex jissieħeb u jagħti sehmu. Peress li fuq kollox din il-laqgħa

    tal-Isqfijiet ser tkun mument qawwi ta’ talb, il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ biex nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014, l-Insara tad-dinja kollha jingħaqdu qalb waħda u ruħ waħda fit-talb bi tħejjija għal dan is-Sinodu…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni

  • Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-immigrazzjoni
  • Il-Konferenza Episkopali Maltija tinnota b’sogħba l-inċidenti riċenti ta’ nies li kienu qed ifittxu l-ażil u li tilfu ħajjithom fuq il-baħar ta’ madwarna.  L-Isqfijiet jappellaw lill-Awtoritajiet Ċivili u  lill-Għaqdiet Non-Governattivi, b’mod speċjali dawk fi ħdan il-Knisja,  biex ikomplu fil-ħidma tagħhom favur il-ħajja umana u l-ħarsien tad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem.

    + MARIO GRECH                                                               + PAWLU CREMONA O.P…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet dwar il-Liġi tal-Unjoni Ċivili

  • Wara li l-Parlament ta’ Malta approva l-liġi dwar l-unjoni ċivili u l-adozzjoni tat-tfal minn koppji  tal-istess sess,  bix-xewqa li d-diskussjoni tkompli b’rispett lejn kull persuna indipendentament mill-orjentament sesswali tagħha u mill-għażla li tkun għamlet, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex inħossu li nistgħu nwasslu dawn il-punti:

    1. Minkejja t-tibdil li għaddejjin minnu, is-soċjetà tagħna għandha tkompli tagħmel kuraġġ u tirsisti biex tibqa’ tgħożż u tagħti preferenza lill-familja naturali mibnija fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara…
  • Kompli aqra »