Matul ix‑xahar ta’ Awwissu, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħamis 4 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji bħala parti mill‑festa ta’ San Pietru fil‑Ktajjen, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa.

Il‑Ġimgħa 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑Ewwel Għasar solenni fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., fil‑festa ta’ San Duminku, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika Minuri ta’ Sidtna Marija tal‑Porto Salvo u San Duminku, il‑Belt Valletta.

Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun David Farrugia bħala l‑kappillan tal‑parroċċa ta’ Santa Marija, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħad‑Dingli.

Il‑Ħadd 14 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd fil‑Kappella ta’ Xmun Appostlu, il‑Wardija. Din tixxandar fuq TVM. Fil‑5:00 p.m., f’lejlet il‑festa ta’ Santa Marija, Monsinjur Arċisqof imexxi t‑traslazzjoni tar‑relikwa u l‑Ewwel Għasar solenni u wara jiċċelebra quddiesa tal‑vġili fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

It‑Tnejn 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., fil‑festa ta’ Santa Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ħadd 21 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il‑Manikata. Din tixxandar fuq TVM. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑repożizzjoni tar‑relikwa ta’ Santa Elena u wara jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara.

It‑Tnejn 22 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑okkażjoni tal‑50 sena mit‑twaqqif tal‑Kumitat Festi Esterni tal‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina, il‑Marsa.

L‑Erbgħa 24 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., fil‑festa ta’ San Bartilmew, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Bartilmew, Ħal Għargħur.

Il‑Ħadd 28 ta’ Awwissu, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd fill‑Kappella ta’ San Pawl tal‑Ħġejjeġ, San Pawl il‑Baħar. Din tixxandar fuq TVM.