St Peter's Square

L-Uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ppubblika l-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet li l-Kap tal-Knisja Kattolika se jippresiedi tul Ottubru u Novembru.

9 t’Ottubru,  jaħbat it-28 Ħadd ta’ Matul is-sena. Dakinhar il-Papa se jagħmel żjara pastorali f’Lamezi Terme u Serra San BRUNO, L-Italja.

16 t’Ottubru, jaħbat id-29 Ħadd ta’ Matul is-sena. Fid-9.30am fil-Bażilika tal-Vatikan, il-Papa jiċċelebra quddiesa marbuta mal-evaġelizzazzjoni l-ġdida.

23 t’Ottubru, it-30 Ħadd ta’ Matul is-sena. Fl-10am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, issir il-kanonizzazzjoni tal-beati Guido Maria Conforti, Luigi Guanella u Bonifacia Rodriguez de Castro.

L-Erbga 26 t’Ottubru fl-10.30am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, isir talb bi tħejjija għal-Laqgħa ta’ Paċi f’Assisi.

It-2 ta’ Novembru, Jum li matulu jitfakkru l-mejtin kolha. Fis-6pm fil-grotti tal-Vatikan isir talb għall-Papiet li għaddew għal ħajja oħra.

Il-Ħamis 3 ta’ Novembru, fil-11.30am, minn fuq l-altar tal-Katedra fil-Bażilika tal-Vatikan, issir quddiesa għal ruħ il-Kardinali u l-Isqfijiet li mietu fl-aħħar sena.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru fil-5.30pm fil-Bażilika tal-Vatikan, isiru Vespri bi tħejjija għas-sena akkademika fl-Universitajiet Pontifiċji.

Il-Ġimgħa 18 sal-Ħadd 20 ta’ Novembru, il-Papa jagħmel vjaġġ appostoliku f’Benin.