“Il-proġett tal-Mulej” – hekk qed jirreferu għaliha s-sorijiet Klarissi ‘Dar Nazareth’, id-dar ġdida tagħhom li għadhom kemm fetħu fi Triq Santa Duminka, f’taċ-Ċawla, limiti tar-Rabat, Għawdex.

Dar Nazareth infetħet ilbieraħ, wara konċelebrazzjoni solenni ta’ radd il-ħajr li tmexxiet mill-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech. Kien l-Isqof innifsu li ġimgħatejn ilu, fl-Ittra Pastorali li wassal lill-komunità fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, ħabbar il-ftuħ ta’ din id-Dar ġdida tas-sorijiet tal-klawsura fid-Djoċesi tiegħu. Il-post fejn se ssir id-Dar oriġinarjament kien jintuża mis-seminaristi, imma mbagħad ngħata bħala rigal lis-sorijiet mid-Djoċesi t’Għawdex.

Dwar dan il-‘proġett tal-Mulej’ nhar l-Erbgħa IL-ĠENSillum online tkellmet ma’ Suor Rose Therese Ellis, il-Badessa tal-komunità tas-sorijiet Klarissi f’San Ġiljan, li flimkien mal-membri l-oħra tal-komunità bdiet tipprepara x-xemgħat għall-velja ta’ talb li kellha ssir fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù bħala tħejjija għall-ftuħ tad-Dar il-ġdida f’Għawdex. Wara l-velja kellha ssir imbagħad proċessjoni b’Ġesù Ewkaristija sal-ġnien ta’ Dar Manresa u wara sal-kappella tal-Monasteru l-ġdid tal-klawsura.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com