It-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ingħataw aktar dettalji dwar il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ, li se ssir fil-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 18 ta’ April. L-attivitajiet jinkludu kunċert mill-aqwa Christian bands lokali, u mill-band popolari Winter Moods li ntagħżel miż-żgħażagħ stess. Il-kunċert jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ diversi kantanti, muziċisti, zeffiena u kor ewlieni. Iż-żgħażagħ se jkollhom ukoll l-opportunita` li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-Papa li se jkun prezenti għal siegħa, wara li jasal b’catamaran mill-Kalkara għal mal-moll tal-Valletta Waterfront fejn se ssir il-laqgħa taż-żgħażagħ.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet ġie ppreżentat ukoll id-disinn tal-palk prinċipali li sar minn grupp ta’ zgħazagħ professjonisti mmexxija mid-dizinjatur Carlo Schembri. Ir-ritratt li jidher f’din il-paġgna (fuq) juri d-dizinn tal-palk.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara tal-Papa f’Malta żur is-sit: www.popemalta.org

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.