
Mit-13 ta’ Ġunju, il-knejjes fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex bdew jiċċelebraw mill-ġdid il-Quddies għall-pubbliku. B’konsultazzjoni mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, l-Isqfijiet ħarġu numru ta’ direttivi rigward miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑Covid‑19 waqt il-Quddies bil‑preżenza tal‑pubbliku. Dawn id-direttivi qed ikunu aġġornati biex jirriflettu tibdil fid-direttivi u linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Id-direttivi tal-Isqfijiet (din il-lista qed tiġi aġġornata regolarment):
- Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-Quddies – 12/03/20
- Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-knejjes – 15/03/20
- Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-funerali – 16/03/20
- Direttiva tal-Isqfijiet dwar l-akkumpanjament tas-sacerdot fil-funerali – 21/03/20
- Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir, l‑Ewwel Tqarbina u l‑Griżma tal‑Isqof, u l‑Festi – 24/03/20
- Direttivi tal-Isqfijiet (dettaljati) lill-kappillani, superjuri reliġjużi u saċerdoti, dwar iċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa – 24/03/20
- Nota dwar id-direttivi maħruġa mill-Isqfijiet dwar il-festi titulari u sekondarji – 14/05/2020
- Il-punti prinċipali li hemm fid-direttivi tal-festi – 20/05/2020
- Direttivi dwar il-Quddiesa tal-Funeral – 22/05/2020
- Nota dwar sanitazzazzjoni ta’ knejjes u binjiet ekkleżjastiċi – 22/05/2020
- Linji Gwida għall-operat tal-uffiċċji parrokkjali u gruppi parrokkjali – 19/06/2020
- Linji Gwida għat-tqarbin u l-qrar fid-djar – Aġġornata l-aħħar fit-18/12/2020 (Maħruġa: 19/06/2020)
- Direttivi dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-festi 2020 – 23/06/2020
- Ċirkulari: Miżuri għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tagħna – 30/07/2020
- Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar il-pellegrinaġġi – 01/08/2020
- Linji gwida waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina, il-Griżma tal-Isqof u ż-Żwiġijiet – Aġġornata l-aħħar fil-21/08/2020 (Maħruġa: 19/06/2020)
- Linji gwida għall-prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-Covid-19 fiċ-Ċentri ta’ Katekeżi – 10/09/2020
- Miżuri ġodda dwar il-Quddies bil-preżenza tan-nies – Aġġornata l-aħħar fit-12/11/2020 (Maħruġa: 02/06/2020)
- Linji gwida għat-tqarbin u l-qrar fid-djar tal-anzjani – 18/12/2020
It-talb li qed jixxandar kuljum fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali:
- Mit-Tnejn sas-Sibt, Quddiesa u Rużarju kuljum bil-Malti fid-9:30am
- Il-Ħadd, Quddies bil-Malti fid-9:30am
TVM2 ixandar ukoll ripetizzjoni tal-Quddies mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5:30pm.
Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u tal-impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji tal-Kurja għandu jagħmel dan b’appuntament, filwaqt li jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id-9am u l-4pm, jew jibgħat email fuq info@maltadiocese.org.
Flimkien nitolbu lil Alla għas-saħħa tal-poplu tagħna u għal dawk kollha fil-bżonn.
