Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa li fiha ordna disgħa żgħażagħ bħala presbiteri, fil-Katidral, l-Imdina. Il-membri l-ġodda li daħlu fil-komunita’ tas-saċerdozju huma Fr. Deo Debono OSA, Fr. Stefan Galea, Fr. Mark Ellul, Fr. Emmanuel Schembri, Fr. Mario Sant OFM Conv., Fr. Blake Camilleri, Fr. Josef Briffa SJ, Fr. Marc Andrè Camilleri u Fr. Noel Borg.

L-Arċisqof faħħar l-ispirtu ta’ ġenerożita ta’dawn iż-żgħażagħ u qal li issa huma saru medjatui ta’ Alla. Huwa kompla billi qal illi is-sagrament tal-ordinazzjoni jimmarka l-personalita’ tas-saċerdot għal dejjem.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.