• Is-Soċjetà tal-MUSEUM tixtieq tistieden lill-pubbliku għal attività b’numru ta’ diskussjonijiet u film li permezz tagħhom l-individwu jkolllu l-opportunità li jaħseb, jiddiskuti, jitlob, jistaqsi u jistrieħ f’ambjent sabiħ li joffri ċ-Ċentru għall-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan, f’Santa Venera.

    Malta għaddejja minn bidla kbira u mgħaġġla. Minħabba dan l-istess ritmu ssibna lanqas nistgħu naħsbu fuq dak li għaddejjin minnu. Din l-attività għandha l-iskop u x-xewqa li ġġib persuni, li jixtiequ jifhmu dak li qed jiġri madwarhom u jsibu tweġibiet intelliġenti għall-mistoqsijiet li għandhom.

    Bejn it-Tnejn 10 u l-Ġimgħa 14 ta’ Settembru mis-6.30 p.m.’l quddiem, se jkun hemm films, diskussjonijiet, attivitajiet varji għat-tfal u l-adolexxenti, spazju għat-talb u l-meditazzjoni, possibbiltà ta’ direzzjoni spiritwali u ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maħfra għal min jixtieq.

    Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 79484882 jew ibgħat imejl fuq [email protected]