• Festa ta’ Maħfra: L-Arċisqof imexxi l-Pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

  • Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-pellegrinaġġ annwali bl-istatwa Mirakoluża ta’ Ġesù Redentur, fl-Isla, fl-okkazjoni tal-festa ta’ Kristu Redentur. Wara l-pellegrinaġġ iċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Marija Bambina. F’din il-knisja u f’ħames knejjes oħra f’Malta u Għawdex, saret ukoll ‘Festa ta’ Maħfra’ fejn il-knejjes baqgħu miftuħin għall-qrar sa nofsillejl. Il-Knisja f’Malta u Għawdex ser terġa torganizza ‘Festa ta’ Maħfra’ nhar il-Ħamis 10 ta’ April, lejlet il-Festa tad-Duluri.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja