• Fil-jiem tat-Tridu tal-festa, nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u Ħamis, 3, 4 u 5 ta’ Mejju, fil-5:30p.m. ser jingħad ir-Rużarju u fis-6:00 p.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa.
    Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju, jum il-festa, il-ħinjiet tal-Quddies huma kif ġej: 6:30, 7:00, 8:00, 9:00, 10:00, 11:00 a.m. u fin-12:30 p.m.  Fil-11.30 a.m. il-Quddiesa ser tkun immexxija mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. F’nofsinhar isir il-qari tas-Supplika mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P.
    Fil-5:30 p.m. jingħad ir-Rużarju, u fis-6:00 p.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa u tingħata l-Barka Sagramentali.