• F’Ottubru li ġej, l-isqfijiet tal-pajjiżi kollha tad-dinja ser jiltaqgħu fil-Vatikan biex jiddiskutu l‑aspettattivi, il‑bżonnijiet, ix‑xewqat, il‑biżgħat u r‑relazzjonijiet taż‑żgħażagħ fid‑dinja tal‑lum, kif ukoll l‑isfidi tal‑Knisja biex twassal il‑messaġġ pastorali tagħha liż‑żgħażagħ. Fil-fatt, it-tema tas-Sinodu hi “Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali’.

    Imma ż-żgħażagħ jafu x’inhu s-Sinodu tal-Isqfijiet? Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Malta Catholic Youth Network ser twassal aktar tagħrif dwar dan.