F’dawn l-aħħar ħames snin, żewġ terżi taż-żwiġijiet li saru f’Malta u Għawdex, jew 66.8 fil-mija, kienu reliġjużi. F’Għawdex biss, iż-żwiġijiet reliġjużi kienu 78 fil-mija. Bejn l-2007 u l-2011 fil-gżejjer Maltin kienu rreġistrati mal-Istat b’kollox 12,148 żwieġ, li minnhom 8,111 kienu reliġjużi. Minn dawn, il-maġġoranza kbira, jew 8,071, kienu bir-rit Kattoliku; l-oħrajn kienu bir-rit ta’ reliġjonijiet oħra.

L-għadd ta’ żwiġijiet ċivili, dejjem f’dawn l-aħħar ħames snin, kienu 4,037, jew 33.2 fil-mija taż-żwiġijiet kollha li saru f’Malta u Għawdex. Dawn iċ-ċifri juru li f’dawn l-aħħar ħames snin saru medja ta’ 2,430 żwieġ kull sena, bejn dawk reliġjużi u ċivili.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com