• Fond għall-Youth Ministry 2013

  • Il-Knisja f’Malta tinvesti bis-sħiħ fiż-żgħażagħ. Permezz tal-KDŻ, id-Djoċesi ta’ Malta waqqfet fond ta’ €3,000 biex jappoġġja inizjattivi ta’ formazzjoni għal dawk li jservu liż-żgħażagħ. Komunitajiet, movimenti u gruppi ta’ mexxejja jistgħu japplikaw għal għotjiet ta’ massimu ta’ €500 għal proġetti ta’ formazzjoni personali.

    Il-Fond għall-Youth Ministry jimxi skont il-viżjoni maħruġa fil-Mappa Formattiva għall-Pastorali maż-Żgħażagħ f’Malta. Il-proposti mressqa se jiġu meqjusa minn Kunsill maħtur apposta fi ħdan il-KDŻ, fid-dawl tal-istess Mappa Formattiva.

    L-applikazzjonijiet huma miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu, 2013 u il-Fond ikopri proġetti li jingħataw bidu sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar, 2014. Proposti jintlaqgħu fuq http://bit.ly/YMfund2013.

    KDŻ hija l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fi ħdan il-Knisja f’Malta.