Pope Praying

Il-Papa Benedittu XVI qal li matul dan ix-xahar t’Ottubru, fl-intenzjonijiet tat-talb tiegħu se jżomm fuq quddiemnett lil dawk morda b’mard terminali sabiex isibu l-appoġġ meħtieġ fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom.

L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel dejjem fi ftuħ kull xahar ġdid, l-intenzjonijiet tal-Papa għat-talb tiegħu matul dak ix-xahar.

L-intenzjoni ġenerali għat-talb tiegħu f’Ottubru qalet li hi “sabiex dawk morda b’mard terminali isibu l-appoġġ permezz tal-istess fidi tagħhom f’Alla u fl-imħabba ta’ dawk l-iktar qrib tagħhom”.

Bħal kull xahar l-Appostolatura tħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa. Għal dan ix-xahar il-Papa, qalet li se jitlob bl-intenzjoni li “ċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji ddedikat għall-Missjoni inissel fil-poplu t’Alla passjoni għall-evanġelizzazzjoni, b’xewqa ġewwiena li kull missjoni tkun appoġġjata bit-talb u anki għajnuna finanzjarja lill-Knejjes li jeħtieġuha”.

Għal din is-sena, Il-Jum Missjunarju madwar id-dinja, li jkun imfakkar kull sena l-Ħadd ta’ qabel tal-aħħar t’Ottubru, dis-sena se jinżamm il-Ħadd 23 t’Ottubru. Il-messaġġ tal-Papa għal din il-ġurnata ħareġ diġa u huwa aċċessibbli online.