• Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, iċċelebra Quddiesa flimkien maż-żgħażagħ u pre-adoloxxenti u wara żar iċ-Ċentru Vokazzjonijiet Djoċesani waqt “Open Night”  fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. 

    L-Open Night fiċ-Ċentru li nfetaħ riċentament kien jikkonsisti f’filmati fis-sala prinċipali bir-ritratti fejn sar rendikont tal-ħidma taċ-Ċentru maż-żgħażagħ. Kien hemm spazji ta’ talb fejn kemm l-istudenti u l-ġenituri tagħhom kellhom iċ-ċans jipparteċipaw u l-opportunita’ li jirriflettu fuq il-ħajja spiritwali tagħhom. Dan sar fil-parti ta’ fuq taċ-ċentru u madwar il-kappella tal-vokazzjonijiet. Ittellgħu noticeboards attrezzati b’informazzjoni fuq iċ-ċentru u ritratti tal-attivitajiet li jinkludu l-immaġinazzjoni u l-kreattività taż-żagħżagħ li jattendu.

    Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani jorganizza:

    • Laqgħat ta’ formazzjoni darba f’xahar għall-istudenti Forms 1 u 2 darba f’xahar u Live-In fis-sajf.

    • Live-ins darba f’xahar darba f’kull term għal Forms 3 u 4.

    • Formation Weekend għal studenti tal-Form 5 u tas-6th Form darba f’xahar.

     Nicodemus Encounter: laqgħat informali fil-parroċċi għal żgħażagħ il’ fuq minn tmintax-il sena.

    • Akkumpanjament personali għal dawk iż-żagħżagħ il-fuq minn tmintax–il sena.

    Għal iktar informazzjoni żur il-website taċ-Ċentru fuq il-website www.vokazzjoni.com u l-paġna ta’ Facebook Ċentru Vokazzjonijiet Djoċesani.