• Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof għal ulied l-emigranti Maltin ser issir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2016.
    Biex ulied l-emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-sagramenti, ikun meħtieġ:
    1. Li t-tfal ikollhom 7 snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u 12-il sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof.
    2. Li jippreżentaw:
    • Iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija;
    • Iċ-Ċertifikat tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma;
    • Permess bil-miktub tal-kappillan tal-parroċċa tagħhom barra minn Malta;
    • Ċertifikat ta’ attendenza tal-kors preparattiv għas-sagrament li jkunu ser jagħmlu.
    3. Kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri huma mistennija jattendu għall-laqgħat li ser isiru f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.                                       
    Il-Kummissjoni Emigranti ma taċċettax li jersqu tfal għal dawn is-Sagramenti bla preparazzjoni u bla permess tal-kappillan tal-parroċċa tagħhom barra minn Malta.
    Il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jersqu għas-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina jew/u tal-Griżma għandhom japplikaw sal-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.
     
    Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lill-Kummissjoni Emigranti fuq: 
    Indirizz: Kummissjoni Emigranti, Misraħ Kastilja, Valletta, Malta
    Telefon: (00356) 21222644 / 21240255 / 21232545    
    Fax:  (00356) 21240022