• Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil‑kappella ddedikata lil dan il‑qaddis, li tinsab fil‑bini tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din ser issir illum it‑Tnejn, 24 ta’ Lulju 2017, fis‑6.30 p.m, u ser tiġi ċċelebrata mill‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi. Fis‑6.00 p.m. ser jingħad ukoll ir‑rużarju.

    Ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal‑kappella prinċipali fil‑bini tal‑Kurja. Ir‑relikwi tal‑qaddis, li nġiebu Malta miċ‑ċimiterju ta’ Pretestato, l‑Italja, waslu fil‑kappella dedikata lilu fl‑1753.