Church collections on Holy Thursday

Il-Papa Benedittu XVI iddeċieda li l-ġbir nhar Ħamis ix-Xirka, fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ta’ filgħaxija – tifkira tal-Aħħar Ċena ta’ Ġesu mad-dixxipli tiegħu, se jintuża biex tkun offruta għajnuna umanitarja lir-refuġjati tas-Sirja.

Il-missjoni pontifiċja għall-Palestina – l-aġenzija fi ħdan il-Vatikan, t’għajnuna t’emerġenza għal-Lvant Nofsani, testima li l-għajnuna lir-refuġjati Sirjani fil-Ġordan se tiswa mal-20 miljun dollaru Amerikan. Skont id-dettalji tal-missjoni pontifiċja, l-uniċi fondi deħlin kienu biss nofs miljun dollaru f’għotja mill-gvern Irlandiż – mogħtija speċifikament biex tingħata għajnuna lir-refuġjati Sirjani fil-Libanu, fit-Turkija u fil-Ġordan.

Kull sena, il-Papa jagħżel fejn jibgħat l-għotjiet li jinġabru waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fil-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, il-katidral tad-djoċesi ta’ Ruma. Id-deċiżjoni tal-Papa li l-ġbir ta’ dis-sena jmur għar-refuġjati Sirjani tħabbret mill-Vatikan ilbieraħ, fl-istess moment li tħabbret l-iskeda tal-Papa matul il-Ġimgħa Mqaddsa.