• Il‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir tal‑Belt Valletta ser jibda jilqa’ studenti bniet fil‑livell primarju. B’hekk, bħal skejjel primarji oħra, f’din l-iskola ser jattendu kemm subien kif ukoll bniet.
    Is‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija ser jilqa’ applikazzjonijiet għal bniet li twieldu fl‑2011 u li jistgħu jinkitbu fil‑Kulleġġ ta’ San Albert skont wieħed minn dawn il‑kriterji: tfal mid‑djar tal‑Knisja, aħwa, tfal ta’ impjegati tal‑Kulleġġ San Albert.
    L‑applikazzjonijiet ser jintlaqgħu nhar il‑Ġimgħa 15 ta’ April 2016, bejn id‑9:00 a.m. u s-1:00 p.m., fl-uffiċċju tas‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija, 16 Triq il‑Mall, il‑Furjana. L‑applikanti għandhom jippreżentaw ċertifikat tal‑magħmudija u tal‑insinwa tat‑tifla, ritratt daqs ta’ passaport, dikjarazzjoni mill‑iskola li t‑tfal għandhom ħuhom jattendi San Albert jew li xi ħadd mill‑ġenituri huwa mpjegat fl-istess skola, u ħlas ta’ €15. Japplikaw ir‑Regolamenti tad‑Dħul u għalhekk jista’ ikun hemm bżonn ta’ aktar dokumentazzjoni.
    Dawk il‑postijiet li ma jimtlewx bil‑kriterji msemmija hawn fuq jiġu offruti lil dawk li ser jagħmlu l‑għażla ta’ skola skont ir‑Regolamenti tad‑Dħul.