Fil-ftuħ tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP tkellem dwar il-ħsieb Nisrani tal-Milied li qal għandu jġib spirtu ta’ mħabba u paċi. L-Arċisqof Cremona qal li l-ispiritwalita’ ta’ Marija u Ġużeppi hija ta’ ispirazzjoni għall-familji tal-lum. Dwar l-Istrina, l-Arċisqof qal li din se tkun sinjal ta’ ġenerożita li fiha l-flus li se jingħataw, jinbdilu f’għajnuna lil min jeħtiega.

Fil-messaġġ ppubblikat fi stqarrija, l-President Abela sejjaħ il-Milied bħala ċelebrazzjoni reliġjuża u ċivili li iżda titlef is-sens tagħha jekk titlef is-sinjifikat reliġjuż tagħha. F’dawn il-festi, qal il-Persident Abela, jintesew id-differenzi u tisseddaq l-għaqda tal-familja, isir it-tiġdid ta’ ħbiberiji u jsiru atti ta’ karita’ mal-proxxmu.

Din l-attivita’, li saret fil-bitħa tal-Palazz tal-President, il-Belt, ġiet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi u mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Joseph Muscat.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.