• Il-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill‑mewt joffri opportunità għalina lkoll, l-opportunità ta’ ħajja ġdida u eterna. Dan jiddependi minn kemm aħna lesti nħallu lil Ġesù jgħammar f’qalbna. Fil‑messaġġ tiegħu għall‑Għid, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jħeġġiġna biex ma nibżgħux niftħu qalbna għal Ġesù. Il‑Mulej Ġesù hu umli u dejjem jistedinna: “Ejjew u taraw” (Ġw1, 39).

    Minkejja r‑rebħa tiegħu fuq id‑dnub u l‑mewt, Ġesù xorta jħallina liberi nagħżlu jekk nimxux warajh jew niċħduh. “Hu ma jimponix ruħu, jirrispetta l-libertà tagħna, u dan hu l-iktar mument qawwi ta’ libertà reliġjuża. Il-Mulej, fil-qawmien glorjuż tiegħu, huwa stedina biex inħarsu u naraw l-qabar vojt”, jgħid l-Arċisqof.

    Dan il‑Għid, “Qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek, u hu jagħtik dak li tixtieq qalbek” (Salmi 37, 4). Nawgurawlkom Għid qaddis.

    Agħfas hawn biex taqra l-artiklu tal-Arċisqof għall-Għid.