Matul il-jum tal-Ħamis, il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ ma’ parteċipanti f’Kungress Internazzjonali tal-Federazzjoni Internazzjonali ‘Pueri Cantores’ f’Ruma. Indirizza lill-grupp bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol,  bil-Ġermaniż, bil-Portugiż, bil-Pollakk u bl-Ukren.

“Hekk kif tkunu tħaddmu t-talenti u l-fidi tagħkom biex tfaħħru ‘l Alla bil-kant, intom tagħtu vuċi lix-xewqa ġewwiena ta’ kull bniedem lijagħti glorja ‘l Alla”. Żied li “mużika sabiħa kapaċi tesprimi xi ħaġa mill-misteru tal-imħabba t’Alla għalina u tal-imħabba tal-bniedem għalih”, kif il-Papa stess ifakkar permezz tat-tema DEUS CARITAS EST.

“Ftakru dejjem li l-kant huwa servizz, l-ewwel lil Alla bit-tifħir lejh. Huwa wkoll servizz lejn dawk kollha li jagħtuh qima, għax tkun tingħatalhom għajnuna sabiex jintrefgħu b’moħħhom u b’qalbhom lejh permezz tat-talb. Hu wkoll servizz lejn il-Knisja kollha”, temm il-Papa.