Pope Benedict XVI in Assumption feast

Il-Papa Benedittu XVI, nhar is-solennita tat-tlugħ ta’ Marija Santissima fis-sema, fil-bitħa tal-Palazz Appostoliku f’Castel Gandolfo, talab l-Angelus u spjega li t-tlugħ fis-sema ta’ Marija bir-ruħ u bil-ġisem wara l-ħajja tagħha fid-dinja, anki jekk definit b’domma ta’ fidi minn Papa Piju XII fl-1950, minn dejjem kien emmnut u ċċelebrat mill-Insara madwar id-dinja. Il-Kap tal-Knisja Kattolika talab lil dawk kollha li jemmnu sabiex iduru lejn Marija tiggwidahom sabiex isibu t-triq li twassalhom għand binha Ġesu. Wara t-talba Marjana, il-Papa sellem lill-pellegrini miġbura b’lingwi differenti u tahom merħba. Fosthom kien hemm gruppi min-Niġerja, mill-Ghana u Burkina Faso. Bit-tifkira tal-assunzjoni tal-Madonna quddiemhom ilkoll, stedinhom biex ifittxu li tispirahom u ssostnihom fil-pellegrinaġġ tal-fidi tagħhom f’din il-ħajja.

Qabel, il-Papa ċċelebra l-ewkaristija fil-Knisja parrokkjali ta’ San Tumas ta’ Villanova f’Castel Gandolfo stess. Fl-omelija huwa fada lil kulħadd fl-interċessjoni ta’ Marija sabiex tidħol għall-bnedmin kollha quddiem binha, biex hu jsaħħaħ il-fidi tagħna lkoll fil-ħajja eterna, jgħinna ngħixu ħajja tajba kkaratterizzata mit-tama nisranija.