Pope with Grand Master of Malta

Fil-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI ilbieraħ iltaqa’ mal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta, Fra Matthew Festing, li kien akkumpanjat mill-Kunsill Sovran tal-Ordni. L-udjenza tradizzjonali saret fl-okkażjoni tal-Festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, padrun tal-Ordni.

Ix-xogħol ewlieni tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta jinvolvi għajnuna umanitarja u attivitajiet soċjali u ta’ natura medika. F’ħafna pajjiżi, korpi volontarji ta’ dan l-Ordni jipprovdu servizzi soċjali kif ukoll servizzi tal-ewwel għajnuna u servizzi mediċi ta’ emerġenza.