Isqfijiet Portugizi habbru li l-Papa Benedittu 16 jippjana li jzur il-Bazilika ddedikata lill-Madonna ta’ Fatima fil-Portugal f’Mejju li gej. Nhar it-13 ta’ Mejju l-Papa ghandu jippresiedi xi cerimonji, appuntu fl-anniversarju tal-ewwel dehra tal-Madonna lit-tliet rghajja fl-1917.

Skont Radju Vatikan l-ebda dettalji tal-programm ghadhom ma saru accessibbli pubblikament. Dan ikun it-tieni vjagg tal-Papa ghas-sena 2010.

Jirrizulta li l-pjan li l-Papa jzur Malta f’April li gej ghadu hemm. Hemm ukoll il-possibilta li jzur ukoll ir-Renju Unit.

“Ninsabu konvinti li l-poplu Portugiz, irrispettivament mill-ideologija u r-religjon, jilqa’ lill-Kap tal-Knisja Kattolika li kien u jibqa’ profeta tal-kawzi urgenti u fundamentali bhal ma huma l-paci, il-liberta, id-djalogu, il-gustizzja u l-fraternita”, qalet stqarrija mahruga u ffirmata mill-Arcisqof Jorge da Costa Ortiga ta’ Braga, li huwa l-President tal-Konferenza Episkopali Portugiza.

Bhala Kardinal, Benedittu XVI kien mexxa pellegrinagg internazzjonali lejn Fatima fl-1996. Il-Papa Gwanni Pawlu II, kien zar dan il-pajjiz tliet darbiet.