Pope in Castel Gandolfo

Il-Papa Benedittu XI iddeskriviha bħala aħbar xokkanti dik tal-jiem li għaddew dwar attakk fuq in-nies li kienu qed jaraw il-film Batman fis-swali taċ-ċinema fl-iStat ta’ Colorado fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Papa esprima niket ukoll għat-telf ta’ ħajjiet, mhux biss f’dal-każ, imma anki fid-diżastru riċenti li ħalla mad-69 mejta wara li kienu fuq dgħajsa qrib Zanzibar.

Il-Papa qasam l-esperjenza tiegħu u esprima solidarjeta mal-familjari u l-ħbieb tal-vittmi u l-midruba, speċjalment it-tfal. Assigura lil dawk kollha milquta, it-talb tiegħu.

Meta kien qed jindirizza lil dawk kollha preżenti għar-reċita tal-Angelus mir-residenza tiegħu tas-sajf f’Castel Gandolfo, il-Papa irriserva wkoll kliem ta’ inkoraġġament għal dawk li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jieħdu sehem fil-logħob olimpiku f’Londra.

“Insellem lill-organizzaturi, lill-atleti u lill-ispettaturi, u nitlob sabiex fi spirtu pożittiv, ir-rieda tajba ġġenerata minn din l-attivita sportive internazzjonali, tħalli il-frott mixtieq, tippromwovi l-paċi u r-rikonċiljazzjoni madwar id-dinja”, qal il-Papa waqt li xeħet fuq dawn kollha il-barka tiegħu.

Qabel l-Angelus, il-Papa ħa ftit ħin biex jirrifletti fuq il-vanġelu tal-Ħadd fejn Ġesu hu ppreżentat bħala r-ragħaj it-tajjeb. Benedittu XVI spjega li Allah u Ragħaj tal-umanita li jrid jiggwidana biex inkunu art fertili.

Ma naqasx milli jappella lill-ġenituri sabiex fid-dinja tal-lum ifittxu li jagħtu eżempju tajjeb lil uliedhom u jirrikmandawhom lir-Ragħaj it-Tajjeb, partikolarment meta kluħadd ikun jixtieqhom f’ħajja tajba u kuntenta li tkun suċċess.