Nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju 2013, il-Prim Ministru l-On. Joseph Muscat kellu udjenza private mal-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku. Huwa ltaqa’ mad-delegazzjoni Maltija li nkludiet il-Prim MInistru u s-Sinjura Michelle Muscat u t-tewmin bniet tagħhom, l-On. George Vella, Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Sinjura Vella, u l-On. Owen Bonnici, Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u s-sinjura tiegħu.

Il-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku u l-Prim Ministru, offrew rigali lil xulxin.

Matul iż-żjara fil-Vatikan il-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu għamlu diskussjonijiet mas-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede, l-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Tarcisio Bertone.

Ritratti: DOI – Clifton Fenech