• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna qal li għalkemm il‑kultura tagħna tgħallem li l‑qaddisin huma biss  dawk li mietu għal Kristu, fl‑eżortazzjoni l‑ġdida Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) il‑Papa Franġisku rnexxielu jniżżel il‑qdusija minn fuq il‑pedestall. Fil‑ħames kapitli tal‑eżortazzjoni l-Papa jispjega kif fid‑dinja tal‑lum il‑qdusija tista’ tinkiseb fil‑familja, fuq il‑post tax‑xogħol u fil‑ħajja kkonsagrata fost l‑oħrajn.

    Waqt il‑preżentazzjoni tal‑verżjoni bil‑Malti tal‑eżortazzjoni appostolika Ifirħu u Thennew, li saret fis‑Seminarju, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fisser kif il-qdusija tista’ tinkiseb permezz ta’ ġesti żgħar ta’ mħabba kuljum minn kulħadd, inkluż mill‑ommijiet, il‑missirijiet, in‑nanniet u saħanistra l‑ġirien.

    Il‑Papa jsemmi wkoll b’mod kontinwu l‑ġlieda spiritwali mal-ħażen u jirreferi għall‑“korruzzjoni spiritwali” bħala agħar mill‑waqgħa tal‑midneb għaliex din twassal biex fl‑aħħar kollox jidher aċċettabli.

    Agħfas hawn biex tara l-preżentazzjoni tal-Arċisqof.