Mattew 19, 16-22

Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja.” Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna.

Il-Qaddis tal-jum: San Bernard, Duttur tal-Knisja