Luqa 7,24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta. Dan hu li fuqu hemm miktub, ‘Ara, jien nibgħat qablek messaġġier tiegħi biex iħejjilek it-triq quddiemek’. Ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ma hemm ħadd akbar minn Ġwanni. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna ta’ Alla hu akbar minnu.” Meta semgħu dan, il-poplu kollu u sa l-istess pubblikani għarfu l-ġustizzja ta’ Alla, billi tgħammdu bil-magħmudija ta’ Ġwanni. Imma l-Fariżej u l-għorrief tal-Liġi ġiebu fix-xejn il-pjan li Alla kien fassal għalihom, ladarba ma laqgħux il-magħmudija ta’ Ġwanni.

Il-Qaddisa tal-Jum: Sant’Adelaide