• San Mark 4:21-25

    U qalilhom: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt  is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”
     
    U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll. Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.”

    Qaddis tal-jum: San Gildas l-Għaref, Abbati