• Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Novembru

  • Luqa 21, 29-33

    Gesu qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar  l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu. Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.

    Il-Qaddis tal-jum: San Saturninu Isqof