• San Mark 4:35-41 

    Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! Biżżejjed!” U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.

    U qalilhom: “Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” U qabadhom biża’ kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?”
    Qaddis tal-jum: San Ġwanni Bosco, saċerdot