• Il-Vanġelu tal-jum – 7 ta’ Jannar

  • Mark 6, 34-44

    Xħin Ġesù niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin. Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” Iżda hu weġibhom: ” Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” Mbagħad staqsiehom: ” Xi kemm għandkom ħobż? Morru araw.” Meta saru jafu, qalulu: ” Ħamsa, u żewġ ħutiet.” Mbagħad ordnalhom iqiegħdu lil kulħadd bilqiegħda, ġemgħa ġemgħa, fuq il-ħaxix aħdar. U n-nies inxteħtet fl-art mija mija, u ħamsin ħamsin. Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-kisriet lid-dixxipli tiegħu biex inewwluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll. U kulħadd kiel u xaba’. U ġabru  l-bċejjeċ li fadal mill-ħobż u l-ħut u mlew tnax-il qoffa; u kienu ħamest elef raġel dawk li kielu mill-ħobż!
    Il-Qaddis tal-jum: San Raymondu ta’ Penyfort