Pope Benedict XVI in the UK

Il-Vatikan iddikjara qal li memo li qalet li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fir-Renju Unit tista’ tkun immarkata b’kondoms maħruġa fis-suq għall-okkażjoni, mhu se jkollha l-ebda impatt fuq iż-żjara tal-Papa. Dan waqt li l-uffiċċju tal-Ministeru Ingliż għall-Affarijiet Barranin talab apoloġija għal dak li ħareġ f’komunikazzjoni ta’ impjegat fiċ-ċivil li ssuġġerixxa li l-Papa, waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit, jista’ jmexxi żwieġ omosesswali jew jiftaħ klinika fejn isir l-abort.

Waqt li rapporti ta’ gazzetta Ingliża qalu li kienu qed jikkwotaw sorsi tal-Vatikan jindikaw li minħabba dan kollu, iż-żjara tal-Papa skedata bejn is-16 u d-19 ta’ Settembru li ġej, kienet f’dubju, il-Vatikan, permezz tad-Direttur Uffiċċju Stampa Patri Federico Lombardi, qal li iqis dan il-każ magħluq.

Filwaqt li nnota l-apoloġija li saret, Lombardi qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA li dan l-inċident mhu se jkollu l-ebda impatt fuq iż-żjara ta’ Settembru li ġej. Il-Ministeru Ingliż insista li d-dettalji tad-dokument li ddeskriva bħala tip ta’ ‘brainstorming session’, ma jirriflettux l-ideat tal-Gvern.

Id-dettalji tad-dokument kienu żvelati mid-Daily Telegraph li kisbet id-dokument. Minnufih l-Ambaxxatur Ingliż għall-Vatikan, Francis Campbell, fittex li jiltaqa’ ma’ uffiċjali għolja tas-Santa Sede biex jesprimi apoloġija f’isem il-Gvern.