Eucharistic Adoration

Uffiċjali tal-Vatikan qed jittentaw jorganizzaw siegħa ta’ talb quddiem l-Ewkaristija madwar id-dinja kollha – għall-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja.Dan qalu l-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, li hu l-Uffiċċju li qed jorganizza l-attivitajiet għas-Sena tal-Fidi.

Papa Franġisku se jippresiedi l-adorazzjoni ewkaristika u l-barka fil-Bażilika San Pietru. L-attivita se tibda fil-5pm fil-ġurnata tat-2 ta’ Ġunju meta ħafna djoċesijiet madwar id-dinja kollha jiċċelebraw il-festa ta’ ġisem u d-demm ta’ Kristu, magħrufa bħala Corpus.

Biex jiċċelebraw fl-istess ħin mal-Papa, kattoliċi f’Mumbai se jibdew fit-8.30pm, dawk fi New York se jibdew fil-11am, u f’Sydney fis-1am tat-3 ta’ Ġunju, fost ibliet oħra.