Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Frar 2020 ġiet ċelebrata l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta permezzz ta’ Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Maria fi Trasportina ta’ Via della Conciliazione presjeduta minn Patri Karmelitan Michael Farrugia. Miegħu kkonċelebraw 12-il saċerdot Malti. Għaċ-ċelebrazzjoni attendew l-Ambaxxatur Malti għall-istat Taljan Joseph Cuschieri, l-istaff tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u komunità mdaqqsa ta’ Maltin li jgħixu Ruma.