• Fil-bidu tal-Avvent, il-Papa Franġisku jinkoraġġina biex nirriflettu bejn il-kuntrast tal-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-wasla mhix mistennija tal-Mulej. L-Evanġelju, qal il-Papa, mhux hemm biex ibeżżgħana, imma biex “biex inkabbru l-orizzonti tal-qlub tagħna” għal dimensjonijiet iktar lil hinn, li jagħtu tifsira għal ħajja tagħna ta’ kuljum.

    Din il-perspettiva, tgħinna biex inkunu “sobriji, u mhux iddominati mill-ġid ta’ din id-dinja” imma li jkun aħjar li kollox fil-post propju tagħhom. Jekk, min-naħa l-oħra, nħallu lilna nfusna mirbuħa mill-ħsibijiet fuq l-affarijiet materjali, ma nkunux kapaċi nipperċepixxu l-iktar ħaġa importanti: l-inkontru finali tagħna mal-Mulej.

    Il-Papa Franġisku kkonkluda li, “…aħna rridu nitgħallmu ma niddependux fuq is-sigurtajiet u l-pjanijiet tagħna, għaliex il-Mulej jiġi f’dik is-siegħa li ma nimmaġinawx”.