• L-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Belt Valletta
    28 ta’ Marzu 2018

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom illejla u nixtieq li nkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna, mhux biss għal dawk li l-Mulej qiegħed isejjaħ għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża, imma wkoll għaż-żgħażagħ kollha, b’mod specjali dawk li qegħdin f’xi mument partikolari tal-ħajja tagħhom. Niftakar f’dawk li qegħdin iħejju għall-eżamijiet, dawk li qegħdin f’xi faċilità korrettiva, dawk li qegħdin f’xi faċilità ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew dipendenzi oħrajn, dawk li qegħdin l-isptar għall-kura, iż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel, fil-postijiet ta’ divertiment, fil-familji tagħna. Nitolbu li l-Mulej ikun il-ħarsien tagħhom u jagħtihom dejjem it-tama.

    Għada, jekk Alla jrid, nibdew tlitt ijiem tassew qaddisa fis-sena: Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u l-Għid il-Kbir. Ejjew insegwu l-liturġija u t-talb tal-Knisja billi bi ħġarna nattendu għall-funzjonijiet qaddisa u anke fil-familji tagħna, fl-ambjenti tagħna, inkomplu ngħożżu t-tradizzjoni tal-ġabra, tas-sawm, u tar-rakkoljiment. Ejjew nitolbu għall-mejtin għeżież tagħna. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, jistrieħu fis-sliem.

    Jiena u nberikkom bl-għuda mqaddsa tas-salib, nitlob fuq Malta tagħna, il-barka tal-Mulej Ġesù li, bis-salib tiegħu, fdiena.

     Charles J. Scicluna
        Arċisqof ta’ Malta 

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace