• L-Arcisqof Charles J. Scicluna wassal ir-reazzjoni tiegħu għall-attakki f’Parigi, dalgħodu fuq l-istazzjon RTK, waqt il-programm ‘Newsbook’ ippreżentat minn Jes Saliba.
    “L-ewwelnett nixtieq nuri solidarjetà, anki f’isem il-Knisja Maltija, mal-poplu Franċiż kollu u mal-qraba tal-vittmi. Ejjew nitolbu ħafna għall-vittmi li huma numerużi. Nikkundannaw bla riżerva l-atti terroristiċi li qegħdin jippruvaw ikissru il-mod paċifiku kif aħna ngħixu. It-target ta’ dawn in-nies bla qalb kienu stadium tal-futbol, venue ta’ kunċert u restaurants. Jiġifieri attakk fuq il-ħajja ta’ mistrieħ, ta’ divertiment, li l-Pariġini jgawdu fil-kwiet u fil-paċi fil-weekend. Dan huwa statement li hemm min jrid jkisser mhux biss iċ-ċiviltà, imma wkoll il-konvivenza paċifika. Aħna nirreżistu billi mhux nirrispondu bil-vjolenza imma billi nimpenjaw ruħna għal soċjetà inklussiva fejn l-inġustizzji jisparixxu biex ma jkunx hemm iżjed kawżi ta’ rabja u ta’ vjolenza, imma fl-istess ħin nissapportjaw kull impenn tal-Istat biex jiddefendi ċ-ċittadini tiegħu. Ejjew nitolbu għall-paċi filwaqt li nkunu wkoll viġilanti.”

    Charles J. Scicluna

       Arċisqof ta’ Malta